Home > News, Opinion > Gonzipn – l-aktar amministrazzjoni korrotta li kellha Malta dawn l-aħħar 25 sena!

Gonzipn – l-aktar amministrazzjoni korrotta li kellha Malta dawn l-aħħar 25 sena!

Aħna tal-Mazzun qed niskantaw li servej irriżulta li 88% jaħsbu li għadna pajjiż u gvern korrott u l-aktar istituzzjonijiet korrotti huma l-MEPA, il-Qrati u skoss Awtoritajiet u l-Enemalta.

Issa dalwaqt naraw lill-Gonzipn ħiereġ jgħid li din hi biss perċessjoni bħallikieku jekk persuna jkollha esperjenza ta’ korruzzjoni, l-opinjoni tagħha ma tgħoddx.

Imma jekk nagħtu ħarsa ħafifa naraw kif hemm ferm aktar minn perċessjoni ta’ korruzzjoni. Jekk nieħdu l-MEPA, illum kulħadd jaf li din mhi xejn ħlief makna tal-korruzzjoni li l-għan tagħha hija li troxx il-permessi lil tal-qalba tal-Gonzipn ħalli dawn ifaqqgħulhom id-donazzjonijiet f’envelopps imburġati b’eluf ta’ liri u jibnulhom id-dar ċentrali b’xejn.

Il-korruzzjoni tista’ tkun diretta u ndiretta.

Eżempju ta’ korruzzjoni  diretta huma l-4 miljun ewro li ħa sħan sħan Joe Mizzi tax-xogħol siewi li għamel biex jibni power-stejxin tħammeġ kemm tiflaħ u tinsewx kemm għamilha diffiċli Austin Gatt biex dan jitla’ jixhed quddiem il-Public Accounts Committee. X’kellu x’jaħbi?

Min jaf lejn min inqasmu dawk l-4 miljun ewro ta’ Joe Mizzi?

U xi ngħidu fuq l-Awtoritajiet?

Mhemmx awtorita’ jew entita’ governattiva  li mhiex mittiefsa mill-korruzzjoni.

It-Transport Malta u r-racket fejn uffiċjali tagħha bdew jgħaddu n-nies mit-test ta’ sewqan mingħajr ma’ jagħmlu t-test?

L-Awtorita’ Marittma qabel ma’ żżarmat u l-kas tat-tixħim għall-liċenzji tal-tbaħħir.

Il-każijiet diversi tal-VAT departiment.

Il-fottament f’sempliċi lotterija għall-irċevuti tal-VAT mid-dipartiment tal-lottu.

Eżempji ażijiet ta’ korruzzjoni ndiretta huma:

Il-vjaġġ b’xejn li ngħata l-Ministru Tonio Fenech biex imur jara l-Arsenal ma’ Joe Gasan u l-kwistjoni tas-segretarju tiegħu li aċċetta l-flus mingħand benefatturi li Fenech li tant jippretendiha ta’ qaddis ma kien jaf xejn bihom.

Il-kas riċenti tal-pensjonant li ħaddem miegħu Ġorġ Pulliċino u taħ 6 000 ewro fix-xahar.

Il-gżuż ta’ tenders diretti u mpjegati li jintgħażlu mhux għall-ħila tagħhom, iżda għal kemm jilgħaqu lill-Gonzipn u l-Ministri tiegħu.

Il-mod kif impjegati Nazzjonalisti nkompetenti xorta jieħdu performance bonuses anke jekk ikunu għamlu vroma bħalma għamlu ta’ l-Arms.

L-għanqbuta sħiħa ta’ Mafja Għawdxija mmexxija minn Ġiovanna Debono.

Il-mod kif nies qrib tal-partit jiġu protetti anke jekk ikunu għaddejjin minn investigazzjonijiet kriminali bħal qed isir f’konfront ta’ Claire Żammit Xuereb u Karl Ebejer.

Insomma mpossibli nsemmu l-każijiet kollha għax lanqas nispiċċaw.

Ma’ dan iridu nsemmu wkoll il-fatt li Gonzipn dejjem ra kif għamel u liġijiet importanti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni żammhom lura bħal dik tal-whistleblower li xi sentejn ilu ħareġ jgħid li se tiġi diskussa u dlonk intesa kollox għax ovvjament Gonzipn ma jaqbillux li l-oligarkija u ċ-ċirku ta’ ħażen tiegħu jiġi osservat.

Il-gvern ta’ Gonzipn rnexxielu jagħmel  il-korruzzjoni nstituzzjonaliżżata permezz tal-klikka tat-terrur li saħansitra semmieha Franco Debono u hija waħda mir-raġunijiet għaliex dan  mhux jara għajn m’għajn ma’ Gonzi, u l-unika mod kif dan min għalih li se jsolvi din il-problema hija billi jagħmel elezzjoni li se joħroġ għalija hu biss u fil-proċess idaħħaq lil kulħadd bih.

M’għandiex dubju li Gonzi se jibqa’ jissemma — bħala l-Prim Ministru korrott li mexxa’ l-aktar amministrazzjoni korrotta li qatt kellha Malta.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a comment