Home > Opinion > Gonzi, U-turns u Debono l-Opportunist

Gonzi, U-turns u Debono l-Opportunist

Gonzi ma' xebgħax jaqa' għac-cajt!

Lil Prim Ministru nistħajluh wieħed minn dawk il-boxers li f’kull rawnd ilaqqat xeba’ wara l-oħra, iżda kull darba li jkun se jingħata knock-out tilħaq idoqq il-qanpiena u tagħtiħ ftit tan-nifs.

Aħna tal-Mazzun illum inqisu lil Franco Debono bħala l-opponent ewlieni ta’ Gonzi li qed jfajjarlu kemm jiflaħ, imma joqgħod attent ma jagħtieħx id-daqqa tal-mewt u dan juri biss li bil-maqlub tal-paroli kollu li qal Debono ta’ kemm toħroġlu qalbu għall-pajjiż u kemm irid li l-affarijiet isiru sew, qed juri biss li jrid itawwal biex ma jispiċċax imqaċċat minn kollox.

Kif inhu bħalissa għadu jieħu sehem u jitħallas mill-parlament. Jekk iwaqqa’ l-gvern, jiksirha mal-PN u jekk jitilgħu l-Laburisti mhux se jafdawħ u jispiċċa lampa stampa. Dan żgur li mhuwiex aġir ta’ xi ħadd altruwist, iżda ta’ persuna opportunista li ma jimpurtaħħiex mill-ħsara li qed tagħmel lill-pajjiż bl-inċertezza u trid li bilfors tgħaddi tagħha.

Minn naħa ta’ Gonzi, dan kif jgħidu bl-Ingliż qiegħed f’in denial — ma jistax jammetti x’qed jiġrilu u qed jipprova jillapazza billi joħroġ b’liġijiet oħra li min għalih il-poplu ma jafx li dawn biex jiġu approvati għandhom bżonn xhur sħaħ ta’ diskussjonijiet parlamentari u minħabba li m’għandux maġġoranza, hemm ċans li jekk ma jogħġbux lil Franco Debono jkompli jimblokkahhom.

Bħalissa Gonzi qed jidher dgħajjef ħafna u dan qed jidher anke fis-servejs li qed isiru mill-partiti u diversi gażżetti. Dan għaliex spiċċa jmexxi partit reattiv u maħkum minn U-turns li qed ikomplu jnaqqsulu l-kredibilita’. Kif qal Joseph Muscat, kien hemm bżonn jaqilgħu xeba’ kbira żewġ lesbjani biex Gonzi jdaħħal il-kunċett legali tal-hate crimes fil-liġi Maltija? U xi ngħidu fuq l-froġa ta’ l-ACTA? Kemm ħareġ jiġri jgħid li se jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini meta l-MEPs tiegħu kienu diġa vvotaw favur it-trattat? X’differenza mill-MEPs Laburisti li baqgħu konsistenti kontra t-trattat mill-bidu.

Aħna tal-Mazzun mhux se noqgħodu ngħajtu fuq l-elezzjoni bikrija għax nafu li aktar ma’ Gonzi jtawwal, aktar se jkompli jitlef il-popolarita’ u juri l-għatx inkredibbli li għandu għall-poter sakemm forsi meta tasal l-elezzjoni jaqla’ x-xeba’ li ħaqqu.

 

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: