Home > News, Opinion > Il-Kredenzjali Diżastrużi Ambjentali ta’ Gonzipn!

Il-Kredenzjali Diżastrużi Ambjentali ta’ Gonzipn!

Sfreġju fit-Tafal ta' l-Imdina approvat mill-MEPA riformata tal-Gonzipn.

Tiftakru kif qabel l-elezzjoni tal-2008 Gonzi ħalla lill-MEPA tagħmel li trid?

Uħud forsi jinsew il-froġa li għamlet il-perita taċ-Ċaqnu Catherine Galea u kif kellha tirreżenja bil-bord kollu tal-MEPA ftit qabel l-elezzjoni biex Gonzi juri kemm hu serju fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent.

Trid tkun wiċċek tost biex tgħid li se tintrabat biex tipproteġi aktar l-ambjent u tpoġġi l-perit taċ-Ċaqnu biex tmexxi l-MEPA. Dan qisek qed tpoġġi l-aqwa kaċċatur Malti biex imexxi l-Birdlife!

Kulħadd jaf l-arja li għandu ċ-Ċaqnu u l-mod kif jittratta l-ambjent. Kulħadd jaf kif ir-renju ta’ Gonzi mela lil Malta b’70 000 post vojt u dawn mhemmx ħjiel li jieqfu jitilgħu.

Biex tgħaxxaqha, l-istess Gonzi kien għadu kif b’daqqa ta’ firma ta’ medda ta’ art daqs is-Siġġiewi għall-iżvilupp u din kollha kienet art barra ż-żona ta’ l-iżvilupp. Ovvja għalfejn għamel dan għax ried li kull min għandu biċċa art f’din iż-żona jibqa’ grat lejh u jivvotalu.

Lawrence Gonzi huwa bniedem li verament jasal għal kollox biex jisraq il-voti u jitla’ fil-gvern, anke jekk jaf li l-effetti tad-deċiżjonijiet tiegħu se tagħmel ħsara kbira.

Prova li l-elezzjoni mhiex qiegħda ‘l bogħod huma l-permessi li reġgħu bdew jinħarġu mill-MEPA għall-żvilupp esaġerat f’postijiet bħal Tas-Sliema fejn rajnihom jagħtu l-permess lill-konsortju MIDI għal tlett blokkok oħra ta’ apartamenti (qisu ma bnewx biżżejjed) u taw il-permess biex jinbnew l-apartamenti f’Wied il-Għasel u fit-Tafal ta’ l-Imdina ftit ‘il bogħod mir-Rabat fuq it-telgħa pittoreska ta’ din il-belt.

Mhux talli Gonzi ħal-fama ta’ Prim Ministru li jbiddel fehmtu skond ir-riħ tal-popolarita’ u jagħmel U-turns bl-addoċċ, iżda qed juri li ma tistax tafda l-wegħdi tiegħu bħall-għajta li tela’ bih li se jirriforma l-MEPA u baqgħet għodda f’idu u f’idejn sħabu l-kuntratturi biex ikomplu jeqirdu lill-pajjiżna.

Advertisements
  1. February 12, 2012 at 5:20 pm

    Hemm zball zghir fid-dettalji : Il-Perit Catherine Galea kienet il-Perit inkarigat mix-xoghol.

    Ic-chairman tal-Bord li irrezenja flimkien mal-Bord wara investigazzjoni li intalbet minn Alternattiva Demokratika kien il-Perit Philip Azzopardi.

    • February 12, 2012 at 10:13 pm

      Grazzi tal-korrezzjoni. Pero l-Perit Catherine Galea rrezenjat ukoll min għalija.

      • February 13, 2012 at 5:27 am

        Iva kienet irrezenjat qabel ghal ragunijiet ohra. In konnessjoni ma applikazzjoni f’ Santa Marija Estate.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: