Home > News, Opinion > Iktar mistoqsijiet milli risposti fil-każ tal-qtil doppju f’tas-Sliema

Iktar mistoqsijiet milli risposti fil-każ tal-qtil doppju f’tas-Sliema

Claire Zammit Xuereb flimkien mal-Ministru Dolores Cristina fl-ITS

Għaddew aktar minn xahrejn mid-delitt faħxi ta’ Duncan Zammit u Nicholas Gera li seħħ kmieni nhar l-ewwel tas-Sena u daqshekk damu biex jibgħatu l-kampjuni tad-demm l-Ingilterra l-pulizija.

Il-Mazzun iħoss li dan id-delitt mhuwiex sempliċi kas ta’ qtil skabruż, iżda għandu dimensjonijiet soċjali u politiċi. Dan għaliex il-mara ta’ Duncan Żammit, Claire Żammit Xuereb hija t-tifla ta’ kuntrattur Nazzjonalist Anġlu Xuereb u ħabiba personali tal-Ministru Dolores Cristina li laħħqitha chairperson ta’ l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).

Dan ifisser li minkejja li aħna ma nistgħux ma nurux simpatija ma’ Ms. Zammit Xuereb u l-familja tagħha, l-istess kif irridu nagħmlu mal-familja ta’ Gera, ma nistgħux ma nikkummentawx fuqha għaliex Ms Zammit Xuereb u missierha, li tkellem ħafna publikament dwar il-każ, huma persuni pubbliċi.

L-indikazzjonijiet li taw il-pulizija s’issa dwar l-investigazzjoni hija li qed iħabbtu wiċċhom ma’ ħajt magħmul minn nies li fil-bidu qalu li semgħu l-għajjat kmieni filgħodu, iżda li f’daqqa waħda waqgħu fil-muta. Minbarra hekk, ftit jistgħu jifhmu kif il-pulizija damu daqshekk biex jibgħatu l-kampjuni għat-testijiet barra minn Malta. Kieku ntbagħtu mill-ewwel kienu joffru riżultati li setgħu jitfgħu aktar dawl fuq il-każ. Mhux il-pulizija jagħmlu konferenza għall-midja u prattikament ma’ jgħidulhom xejn!

Ma’ dan iridu nżidu li fost it-testijiet żgur li hemm dawk tad-DNA tal-fdalijiet tas-sigaretti u fuq iż-żewġ tazzi ta’ l-inbid u anke l-istikkek tal-biljard. Għaliex dawn it-testijiet ma’ sarux Malta fejn hawn laboratorji li jagħmlu dawn it-tip ta’ testijiet huwa misteru, bħalma baqgħu misteru r-riżultati tal-marki tas-swaba u ta’ l-awtopsji. Possibli dawn ma’ taw indikazzjoni ta’ xejn?

Li nafu biss huwa li li Ms. Zammit Xuereb ġiet interrogata mill-pulizija bħala l-unika xhud (s’issa) fil-każ  li għadu mkebbes f’misteru kbir. Minkejja dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Dolores Cristina xorta ħarġet tgħid li tistenniha li terġa tiġi lura l-ITS! Kif għedna diġa’ f’dan il-każ u l-każ tal-impjegat mal-MEP Nazzjonalista David Casa, konna nistennew li sakemm l-affarijiet ikunu ċari persuni f’dawn il-karigi jkunu sospiżi. Ħalli mbagħad ikomplu fil-kariga wara li jkunu dikjarati nnoċenti.

Fl-aħħar konferenza stampa tagħhom il-pulizija riedu juru lil kulħadd li qed jaħdmu iebes biex isolvu l-każ, iżda l-kelma fuq fomm kulħadd kienet li ma qalu xejn ġdid,  li ftit fadal x’jistgħu jagħmlu aktar, il-każ hu magħluq u l-misteru probabli jibqa’ mistur.

Iżda l-konferenza stampa tal-pulizija aktar għamlet ħsara għax il-pubbliku aktar rabba l-opinjoni li l-kas qed jingħalaq għaliex kemm Claire u missierha li għandhom saħħa kbira mal-gvern preżenti u għamlu xi forma ta’ pressjoni biex il-pulizija tieqaf bl-investigazzjonijiet. Dan tant hu minnu li l-pulizija qed tistenna li kulħadd jaċċetta li kmieni filgħodu fl-Ewwel tas-Sena:

  • Nicholas Ġera telaq mix-xogħol, waqaf jixrob f’xi bars u mar dritt l-apartament ta’ Xuereb fejn tela’ fuq is-saqaf u
  • kien jaf eżatti fejn kien,
  • niżel fit-terrazzin fejn kien jaf li l-bieb kien se jkun miftuħ,
  • daħal fil-penthouse u ħa sikkina u forsi anke tnejn mill-kċina u nfexx ixoqq lil Duncan Żammit waqt li kien fis-sodda.
  • B’xi mod, minkejja li kien mimli daqqiet tas-sikkina, Duncan imbotta lil Nicholas ‘l barra mill-kamra tas-sodda u t-tnejn waqgħu fuq xulxin u mietu f’għadira demm quddiem Claire li tiftakar tagħti bis-sikkina lil Nicholas biex tiddefendi lil żewġha.

Iżda l-pulizija baqgħu ma wieġbux numru ta’ mistoqsijiet importanti:

  • Fejn kien Duncan Zammit bejn 1.45am and 6.45am?
  • X’għamel Nicholas Gera f’dawn il-ħames sigħat?
  • Għalfejn Nicholas mar għand Duncan mingħajr arma u mingħajr l-għodda biex jidħol jisraq penthouse?
  • Kemm-il darba daħal Nicholas fil-penthouse?
  • Jista’ jkun li Nicholas daħal fid-dar għax fetħulu jew kienu jafu li ġej u ħallew il-bieb mhux imsakkar?
  • Nicholas attakka lil Duncan b’sikkina waħda jew tnejn? U għalfejn sikkina waħda nġiebet mill-kexxun u l-oħra minn knife rack? U minkejja li Nicholas daħal f’propjeta’ li mhux tiegħu, għalfejn qed nibqgħu ngħidu li hu l-aggressur u Duncan il-vittma meta l-unika persuna li tista’ titkellem dwar dan, jiġifieri Ms Xuereb, ma qalet xejn fil-pubbliku għaliex ħalliet f’idejn missierha biex jitkellem?
  • Iż-żewġ irġiel tkellmu, lagħbu l-biljards flimkien, pejpu u anke xorbu xi nbid flimkien qabel qabdu jiġġieldu?
  • Min uża ż-żewġ tazzi ta’ l-inbid u pejjep iż-żewġ sigaretti mill-pakkett li kien hemm fil-post?
  • Kemm ittieħdu kampjuni għat-testijiet tad-DNA u possibilment ma setgħux isiru aktar malajr ħalli l-kas jissolva?
  • Biex toħroġ l-istorja kollha riedu jittieħdu kampjuni tad-DNA mill-fdalijiet tas-sigaretti, it-tazzi ta’ l-inbid u l-istikkek tal-biljard fost oħrajn. Dan sar?

Il-pubbliku jidher li qed jitlef xi ftit tal-paċenzja u l-mod kif qed jitmexxew l-investigazzjonijiet wassal biex anke l-mezzi tax-xandir u l-istampa jsemmu dan id-dewmien. Għalxejn il-kummissarju joqgħod iparla biex ħadd ma’ jispekula. Jekk niesu mhuma jagħtu xejn lill-midja, x’jippretendi li jagħmlu?

Jekk xejn, il-kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi li min jaf kemm swietu lil Anġlu Xuereb, fil-jiem ta’ wara l-qtil u dan nissel iktar suspetti f’ċerti nies li jifhmu kif taħdem il-media.

Pero’ l-mistoqsija tibqa’:  la Ms. Zammit Xuereb hija mplikata b’xi mod f’dan id-delitt doppju, għalfejn m’għamlitx dak li huwa etikament mistenni  u warrbet minn ċerperson ta’ l-ITS, kariga pubblika,  importanti u sensittiva, sakemm il-każ jingħalaq jew isimha jitnaddaf għal kollox jew inkella l-pulizija jieħdu passi kriminali fil-konfront tagħha?

Advertisements
  1. Joe Xuereb
    February 9, 2012 at 8:52 pm

    Jien l-ewwel darba li qed nisma’ dwar l-implikazzjonijiet ta’ tazzi, sigaretti u stikek tal-biljard. Jekk kif qiegħed jgħid il-Mazzun hemm xi ħjiel ta’ DNA ta’ Nicholas Gera fuq wieħed biss minn dawn l-oġġetti – aħseb u ara fuq it-tlieta – allura l-inkjesta iddur dawra sħieħa fuq rasha. Il-każ stramb u aktar w aktar il mod kif il-Malti jġib ruħu f’sitwazzjonijiet bħal dawn, jew kif ikun imġiegħel iġib ruħu.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: