Home > News > Ħasbu li n-nies għandhom salami fuq għajnejhom!

Ħasbu li n-nies għandhom salami fuq għajnejhom!

25 proġett "maġġuri" li l-PN qed jiftaħru bihom - kemm minnhom tlestew?

Din l-istampa qed iddur fuq Facebook u min hu mazzun (b'”m” żgħira mhux bħalna) malajr jista’ jimpressjona ruħu u jaħseb li qatt ma konna tajjeb taħt GonziPN. Imma stenna minuta. Ejja naraw naqra dawn il-proġetti hekk imseja “maġġuri” li skont l-artiklu tal-Mument, “se jkunu waslu biex jitlestew u jingħataw lill-poplu” dalwaqt:

  • Il-Parlament il-ġdid, Teatru bla saqaf, u d-dħul għall-Belt: Appart li ħafna Maltin huma kontra l-proġett (u Renzo Piano mar l-aħjar għax diġa’ tħallas il-miljuni), il-Gvern għad irid jara kif se jġib il-flus biex jiffinanzjah! Veru? Ara din fuq it-Times of Malta.
  • Il-Proġett ta’ Baċir Numru 1 – kollox sew, wara snin twal imwiegħed mill-PN, beda x-xogħol. U x-xhur għaddejin u x-xogħol għadu għaddej. U intant hemm straġi ta’ tajn. Vera? Ara din fuq it-Times of Malta.
  • It-terminal taċ-Ċirkewwa: Lanqas jafu jistħu tal-Mument isemmu dal-proġett li beda fl-2002! Fejn qiegħed it-terminal iċ-Ċirkewwa??? Il-moll hemm, imma l-passiġġiera minn liema terminal qed jgħaddu???
  • L-estensjoni tal-Power Station: Mhux aħna se nitkellmu imma Franco Debono. Ara dan l-artiklu tat-Times of Malta.
  • Il-bini tal-Campus ġdid tal-MCAST: Imħabbar fl-elezzjoni tal-2008 , ix-xogħol beda biss f’Awissu 2011. Għad ma hemm xejn. U l-€120 miljun minn fejn ġejjin?
  • Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija ħdejn Mater Dei: Ċentru importanti li se jieħu post l-iSptar Boffa. Imma fejn wasal ix-xogħol wara tant ftaħir? Ħofra kbir għad hemm, timtela’ bix-xita li qed tagħmel f’dawn il-jiem tax-xitwa!
  • L-interconnecting cable bejn Malta u Sqallija: Wara ħafna wegħdi u ftaħir fl-aħħar xhur sirna nafu li kollox għadu wieqaf. Dan wara l-ewwel sejħa għat-tender ġiet kanċellata.
  • Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi fil-Marsa: ilhom magħluqin xhur twal mis-sena li għaddiet u staqsi lix-xufiera kemm qed ikunu ta’ inkonvenjent meta 2 arterji li jagħtu għall-ajruport ingħalqu fl-istess ħin.  Ara il-kummenti tan-nies taħt ir-rapport tat-Times of Malta.
  • Iċ-Ċentru BioMalta: Vera, x-xogħol beda f’San Ġwann. Imma għaliex proġett bħal dan ma ħaduhx Smart City f’Rikażli? Eh, bil-ħaqq, x’sar minnha Smart City? Ma tissemmiex f’din il-lista tal-Mument! U żgur, għaliex dak li skont GonziPN kien l-ikbar investiment barrani li qatt rat Malta, ma huwa xejn ħlief belt tal-iħirsa! Aqra dan ir-rapport tat-Times of Malta.  Anke l-Unjoni Ewropea kkummentat li Smart City huwa miraġġ! Tkompli tirrapporta t-Times of Malta.

Ikkwotajna mit-Times of Malta apposta biex ħadd ma jgħid li qed nikkwotaw minn propaganda tal-Labour.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: