Home > Opinion > B’Gonzi Moħħok Mistrieħ

B’Gonzi Moħħok Mistrieħ

Kulħadd Moħħu Mistrieħ b'Gonzi!

B’Apoloġija lil Alex Cutajar

Skond l-aħħar servej tal-Maltatoday ippubblikat il-Ħadd li għadda, il-maġġoranza tan-nies ta’ 46% jaqblu li għandha ssir elezzjoni. 

40.6% min-nies jafdaw lil Dr. Joseph Muscat aktar minn Dr. Gonzi li tilef 6.5% ta’ kemm kienu jafdawħ nies u spiċċa b’rata ta’ 28.3%. Jidher li ħafna ma belgħux l-elezzjoni finta għall-mexxej tal-PN u fil-fatt ħassewhom insultati bil-fatt li Gonzi se jkun qed itellaq waħdu!

In-nies li ħadu sehem fis-servej urew biċ-ċar li m’għandhomx “moħħhom mistrieħ” bit-tmexxija ta’ Gonzi u lanqas jaħsbu li għandu “par idejn sodi” kemm minħabba t-telf tal-kredibilita’ ta’ Gonzi u l-fatt li l-partit tiegħu tilef 3.7% tal-popolarita’ minn nofs Jannar li għadda.

Min-naħa tal-PL dan żied fil-popolarita’ u qed jgħaddi lill-PN b’13% li juri li l-politika tal-PN ta’ ggranfar akkost ta’ kollox mal-poter mhux jinżel tajjeb mal-poplu.

Dawn il-figuri m’għandhomx jittieħdu bħala vanġelu, iżda juru biċ-ċar li aktar nies qed jgħarfu l-messaġġ ta’ Joe Muscat u qed jindunaw li l-PL verament tinteressaħ l-istabbilita’ tal-pajjiż, filwaqt li Gonzi mar biex isolvi problem fil-partit minkejja li l-problema tiegħu hija waħda parlamentari.

 

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    February 7, 2012 at 10:04 pm

    Il-perċentwali jinbidlu minn żmien għal ieħor, imma għad hawn ħafna mgs għax il-Maltin jhedew fil-piki u mhumiex maturi biżżejjed li jużaw moħhom.

  2. February 8, 2012 at 12:42 am

    A great post..

    If you would like reading: http://perspectivemalta.blogspot.com/2012/02/maltatoday-survey-majority-do-not-trust.html?showComment=1328657962635#c6438111246962043589

    By the way, It’s me, Alex Cutajar 🙂

    Thanks again! Cheers!

  3. Joseph Cardona
    August 20, 2012 at 9:02 pm

    Il-ġudikatura. Pensjoni ‘uncapped’ għalija tfisser li tkuin dejjem relatata mas-salarji ta’ kull sena, ċjoe’, żieda fil-pensjonijiet marbuta mas-salarji kif riveduti.
    X’oxxenita’! L-ebda uffiċjal pubbliku ma jgawdi dal-privileġġ. Il-ġudikanti skond dizzjunarji ta’ fama mondjali huma meqjusa bħala tali. Ħaġ’oħra ridikola hi li l-professjonisti legali ma jaqblilhomx jiġu appuntati ġudikanti għax ikunu qed jitilfu l-flus. Allura l-ġudikanti huma nferjuri fil-professjoni legali. Dan hu l-qofol tal-argument fuq bażi filosofika w analitika.
    U ħaqqhom iż-żieda!!!!!!!!!!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: