Home > Opinion > Gvern Ħali u Irresponsabbli!

Gvern Ħali u Irresponsabbli!

Mela l-ewwel fetaħ Mater Dei f'egħluq sninu, issa fetaħ tiġrija għall-kap tal-partit li hu biss se jieħu sehem u dan l-aħħar qed jgħid lil kulħadd li Malta ma tistax tgħaddi mingħajru. Dalwaqt nagħmlulu munument tal-kult tal-persuna bħalma kienu jagħmlu l-komunisti għal mexxejja tagħhom.

Mela xi ġimgħat ilu, Louis Farruġia, iċ-ċerman ta’ l-Air Malta qal biċ-ċar li l-kumpanija ta’ ajru mhiex f’qagħda li tkun tista’ tissussidja l-biljetti ta’ l-ajru għal min irid jiġi jivvota, iżda ftit ilu l-Uffiċju tal-Prim Ministru ħareġ jgħid li dawn xorta ħa jingħataw minkejja l-qagħda mwera tal-kumpanija.

Fl-aħħar elezzjoni ġew Malta ‘l fuq minn 3 000 ruħ minn barra u l-PN rebaħ l-elezzjoni b’1 400 vot li jfisser li għadda l-Labour Party b’naqra aktar minn 700 vot. Issa hu fatt magħruf li ħafna minn nies li ġew minn barra kienu Nazzjonalisti li ngħataw il-premju talli għenu biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropeja u ntbagħtu jaħdmu f’strutturi Ewropej.

L-oħrajn kienu qassisin, sorijiet u reliġjużi li kienu ilhom ma jersqu lejn Malta snin twal u vvotaw b’mod illegali minkejja li suppost jagħmlu s-sewwa u ma jagħmlux dnub!

Jekk nassumu li 60% ta’ dawn it-3 000 kienu Nazzjonalisti, dan ifisser li ġew ma’ l-1 800 biex jivvotaw.

Ovvjament, Gonzipn jaf li se jkollu bżonn ħafna għajnuna biex jittanta jirbaħ l-elezzjoni li ġejja u għalhekk bl-ebda mod mhu se jitlef iċ-ċans li jakkwista aktar voti u x’jimpurtah milli jkompli jdejjen u jkisser l-Airmalta. Wara kollox, il-ministri tiegħu redgħu kemm felħu minn fuq din il-kumpanija sakemm xorbula demmha u ġabuha fl-istat tal-biki li tinsab fiha llum.

Hu fatt magħruf li Gonzipn qatt ma kellu rimors kif jonfoq flus il-poplu l-aqwa li jgawdi hu u n-nies tiegħu. Sa anke siġar 5 000 ewro ‘l waħda xtraw biex taraw kemm huma rresponsabbli dawn in-nies. Żgur li ħadd mhu se jinsa nies bħal Joe Mizzi li akkwista erba’ miljun ewro biex iġib power stejxin li se tnitten Marsaxlokk u l-inħawi kollha; u bi proġetti bħall-Bieb il-Belt intenzjonati biex ifakkru lil Gonzi bħala xi mexxej kbir.

Ftakru li dan ir-raġel tant jaħseb li hu xi ħaġa li lesta l-isptar Mater Dei mimli problemi f’egħluq sninu u issa se jagħmel elezzjoni għal kap tal-partit li se joħroġ għaliha hu biss mingħajr ma’ jirreżenja minn kap kif suppost jagħmel skond ir-regoli ta’ l-istatut tal-partit tiegħu stess.

Tiftakru meta kienu jgħajru lil Mintoff komunist?

Illum, mhemmx bżonn ngħajru lil Gonzi qisu xi mexxej tal-Korea ta’ Fuq jew ta’ l-Unjoni Sovjetika qabel ikkrollat–dawk il-mexxejja li kien min għalihom li huma l-pajjiż għax qed jagħti lil kulħadd x’jidhem li jekk jitlaq hu l-pajjiż ifalli.

Din il-problema l-kbira għax dawn it-tip ta’ mexxejja komunisti li kienu vera jaraw kbir jew spiċċaw ħażin huma jew fottew il-pajjiż.

Fil-kas ta’ Gonzi ċerti li t-tnejn se jagħmel!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: