Home > News > Il-Qahba milli jkollha jtik!

Il-Qahba milli jkollha jtik!

Charlo Bonnici bħal Joe Saliba huwa ħabib kbir ta' kuntrattur.

Qawl Malti kemmxejn vulgari jgħid li l-qaħba milli jkollha jtik. Min hu aktar pulit jgħid li l-ispiżjar milli jkollu jtik. Ngħidu għalina nippreferu l-ewwel verżjoni għax għallinqas qaħba tagħtik xi ħaġa li forsi tista’ tieħu gost biha, imma l-ispiżjar jagħtik il-mediċini u l-pilloli għax ikollok xi ħaġa ħażina.

Għalhekk lil Charlo Bonniċi se nużaw it-tieni qawl għax ma tantx jista’ jagħti gost bl-istess mod ta’ qaħba għax hu meqjuż bħala wieħed mid-dojoq tal-PN u lanqas hu ntelliġenti ħafna miskin għax kieku ma kienx jiftaħ ħalqu biex jikkritika lil Franco Debono.

Dana kemm Bonniċi kif ukoll Beppe Fenech Adami xlew lil Franco Debono li hu tela’ fil-parlament għas-skapitu tal-Ministru Louis Galea. Franco wieġeb li ġie akkużat inġustament għal dan u aħna tal-Mazzun ngħidulu li mhux inġustament safa akkużat, iżda b’mod malinn u ppjanat biex il-kampanja ta’ ħmieġ kontrieħ tkompli għaddejja.

Fil-fatt, Charlo Bonnici t’injorant li hu ma ndunax li l-argument tiegħu jista’ jintuża kontrieħ għaliex Franco fakkru li hu kien jaħdem fis-segretarjat ta’ Louis Galea u ħareġ fuq wieħed mid-disretti ta’ dan il-ministru.

Franco Debono kompla jfakkar lil Bonniċi bħalma fakkar lil Beppe li hu kellu jaħdem waħdu u stinka ħafna biex tela’ fl-elezzjoni tal-1998 għax la kellu uffiċju ta’ Ministru minn fejn ikellem lill-votanti, lanqas flus biex jagħmel dan u wisq inqas il-kunjom ta’ Fenech Adami biex jaqilgħu.

Fil-fatt kien Bonnici stess li mill-uffiċju ta’ Louis Galea ħadem u uża l-kuntatti tal-Ministru biex jikkontestaħ u jitla’ minfloku fil-parlament.

Aħna naħsbu li Bonnici jixtieq li ma ħariġx jattakka lil Debono fuq gażżetta l-Ħadd li għadda u xlieħ nuqqas ta’ lejalta’ lejn il-partit, imma Bonniċi limitat wisq biex jinduna li Franco Debono kien se jimsaħ l-art bih bħalma għamel lil Beppe Fenech Adami.

U dan Bonnici m’għandux biex jiftaħar għaliex preżentament jaħdem ma’ Zaren Vassallo li ngħata l-kuntratt biex jibni l-power stejxin tal-BWSC li Debono kkritika bl-aħrax għax se tkompli tħammeġ in-nofsinhar ta’ Malta bid-dħaħen mill-aktar fjuwil li jħammeġ–il-Heavy Fuel Oil. Fil-fatt, Franco Debono qal hekk: “Waqt li jien ħriġt niddefendi s-saħħa tar-residenti, Bonniċi ddefenda s-sid li jħaddmu u li akkwista l-kuntratt biex jibni l-estenzjoni tal-Power stejxin.”

Dan ikompli juri l-ġlied intern li hemm fil-PN u kif Franco Debono jinsab fuq in-naħa t-tajba għaliex hu qed jiġġieled għall-prinċipji ġusti li għandhom jiddaħħlu fil-parlament u għad-drittijiet tal-votanti li tellgħuh kif suppost għandhom jagħmlu l-Membri Parlamentari kollha.

Min jaf kemm Charlo xtaq li ma kiteb xejn fuq il-gażżetta nhar il-Ħadd li għadda?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: