Home > Opinion > Għarwien fl-Ewropa!

Għarwien fl-Ewropa!

 

Għandu raġun jitkerraħ u ma staħax jgħid lill-sħabhom ta' l-Ewropa kemm sejra tajjeb Malta.

B’apoloġija lill-editur ta’ l-Orizzont

Jekk minbarra li diġà qegħdin jiżbaljaw ħafna meta jqisu lill-Maltin u l-Għawdxin kwalunkwe “ċwieċ”, ta’ GonziPN iqisu wkoll bħala tali      lill-prim ministri, kapijiet ta’ stat u ministri oħrajn kollegi tagħhom preżenti għal-laqgħat fl-Unjoni Ewropea, allura min jaf x’jippretendu li huma dawn l-għorrief!

Sħabhom l-Ewropej jafu, bħalna, li GonziPN qatt ma kellu l-maġġoranza tal-poplu warajh, ladarba fl-Elezzjoni 2008 kien hemm iżjed Maltin u Għawdxin li ma riduhx minn dawk li tawh l-appoġġ. Il-kwart ta’ kwota aktar mill-Partit Laburista fih innifsu hu vot ta’ sfiduċja biżżejjed, għax juri li iżjed minn 50% tal-elettorat ma weriex fiduċja fih. Minkejja dan, fl-aħħar erba’ snin ħarġu aktar ċari l-karatteristiċi ta’ GonziPN – l-arroganza u r-regħba għall-poter – tant li mexa u aġixxa daqslikieku jeżisti hu biss u minn fuq għadda bħal romblu fuq kull min sab quddiemu.

Mill-ewwel deher ċar li l-1,500 vot li b’xi mod selaħ aktar f’dik l-elezzjoni kienu abbandunawh u sal-lum laħqu telquh ħafna eluf oħrajn li ndunaw li ġew ingannati bil-garanziji ffirmati li għamlilhom GonziPN u baqgħu ma twettqux. Dan iċ-ċaqliq ta’ voti ħareġ fl-ewwel ftit xhur fl-elezzjoni biex jiġu eletti l-Membri Parlamentari Ewropej, fejn erbgħa minn sitt siġġijiet intrebħu mill-PL, waqt li tliet snin wara fir-referendum tad-divorzju ħa tkaxkira oħra kbira bi 53% tal-poplu jivvotaw kontrih, wara kampanja li fiha GonziPN ħareġ b’ruħu u ġismu kontra l-kisba tad-drittijiet ċivili u tal-minoranzi. Kull prim ministru ieħor f’pajjiż demokratiku kien jerfa’ r-responsabbiltà, jammetti l-isfiduċja u anke jirriżenja. Fl-UE dawn l-affarijiet ukoll ġew innotati!

L-istess, bħalna, fehmu wkoll il-karta li uża f’nofs il-leġislatura biex bi flus il-poplu jsodd ħalq l-ewwel ribelli tiegħu u vvintalhom kariga ġdida ta’ Assistenti Parlamentari, waqt li hu kompla jferfer fis-setgħa. Iżda issa min jaf x’jgħidu fuqu meta anke l-maġġoranza zoppa li kellu għosfrot wara li ġie akkużat li kisser demokrazija sħiħa u sab kenn u wens fl-organi tal-partit tiegħu stess flok mar għat-test proprju tal-elezzjoni ġenerali.

Il-fatt li tilef il-maġġoranza Parlamentari l-ġimgħa l-oħra jrid jaħbih f’Tal-Pietà u pprova jidfen għal kollox l-isfiduċja biċ-ċapċip u l-għajjat isteriku li kienu qegħdin jistennewh fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju Nazzjonalista ta’ tmiem il-ġimgħa.

Meta l-eks-Prim Ministru Taljan astjenewlu tmien deputati tiegħu u xorta kiseb maġġoranza kbira f’vot finanzjarju, ħass id-dmir li jmur jagħti  r-riżenja lill-President, bla ma qagħad jiddefendi   l-pożizzjoni li kellu fl-organi tal-partit tiegħu. Anke jekk aħna qatt ma jista’ jkollna s-saħħa tal-Italja, fi Brussels xorta jiġi nnotat kemm hu patetiku l-Prim Ministru Malti li tilef il-maġġoranza fil-Parlament u jibqa’ juża kull forma ta’ strateġija biex ma jitlifx is-siġġu. Daqstant ieħor semgħu wkoll li hemm deputati oħrajn li ilhom jimmollaw u jikkritikaw lil GonziPN għal erba’ snin u li issa qegħdin jikxfu affarijiet ta’ barra minn hawn.
Lawrence Gonzi mar l-Ewropa mneżża’ minn kull awtorità politika u morali, mingħajr l-appoġġ    tal-Parlament u mbeżża’ minn elezzjoni ġenerali… qiegħed jirrappreżenta biss lill-“klikka tal-ħażen”!

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    February 1, 2012 at 9:14 am

    L-aqwa diploma li jista’ jkollu Gonzi hi dik li jagħtuh il-poplu Malti Gonzi mar għarwien f’Unjoni diviża u għarwiena. Fil-futur jinkixef aktar dwar dan il-blokk.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: