Home > Opinion > Elezzjoni finta ta’ Gonzi

Elezzjoni finta ta’ Gonzi

Mela Gonzi ggranfat mal-poter?

Ipprovaw ifhmu din!

Gonzi diġa ġie vverifikat bħala l-mexxej tal-PN xi ftit ġimgħat ilu, u issa se jagħmel elezzjoni għall-kap!

Taħsbu li se jkun hemm xi ħadd jikkontestaħ?

Gonzi vera makak, imma l-poplu mhux iblah u żgur li nduna li din hija logħba biex jirbaħ aktar ħin li jista’ jtawlu sa xahrejn jew aktar. Dan żgur mhuwiex aġir ta’ xi ħadd li jixtieq inaqqas l-istabilita’ fil-pajjiż u m’għanux għalfejn jieħu għalih meta ħafna qed jixluh bħala ggrafant mas-siġġu tal-poter.

Fil-fatt din ta’ l-elezzjoni hija nassa għal Franco Debono għax jekk Gonzi jitla’ b’akklamazzjoni dan ifisser li l-eżekuttiv tal-PN irid lilu u mhux lil Franco Debono u dan ikollu jirreżenja.

Insomma, ħadma mill-bidu sa’ l-aħħar Gonzi style!

U l-pajjiż inħalluh imdendel għaliex Gonzi jkun qiegħed jirranġa l-posizzjoni tiegħu vis-a-vis il-partit u mhux il-pajjiż. Jivvotawlu jew le fl-eżekuttiv mhux se jaffettwa l-fatt li m’għandux maġġoranza fil-parlament.

Dan huwa t-tip ta’ logħob biċ-chess li Gonzi u sħabu lesti jilgħabu bil-pajjiż u x’jimpurtahom mill-instabilita’. Huma jimpurtahom mill-istabilita’ tal-PN u li permezz ta’ din l-istabilita’ jkomplu jmexxu u jikkontrollaw kollox, anke jekk dan ifisser li t-tmexxija tagħhom zoppa.

Dan juri kemm Gonzi huwa verament imwaħħal, imkaħħal u ggranfat mal-poter u kemm verament jimpurtah minn Malta.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: