Home > Opinion > Joseph ‘Houdini’ Muscat – Lawrence ‘Bużulottist’ Gonzi

Joseph ‘Houdini’ Muscat – Lawrence ‘Bużulottist’ Gonzi

Lil Pawlu Gatt sirna niggustawh biċ-ċuċati li joħroġ bihom. Konna nistennew li l-leġjun ta’ bloggers li tfaċċaw fil-blogosfera b’simpatija, biex ma ngħidux kelma oħra, tal-PN, ikolla fi ħdanha nies iktar fini. Imma la ħallew lis-Saħħara tal-Bidnija titfa’ l-velenu bla xkiel, allura lil dan Pawlu Gatt u ‘Pawlu’s Pub’ tiegħu żgur li ħadd ma jgħidlu xejn.

L-aħħar skoperta ta’ Pawlu Gatt kienet bloggata dwar kif il-mexxej Laburista Joseph Muscat irnexxielu jisparixxi bħal Houdini lid-Deputati Mexxeja tal-Partit Laburista Anġlu Farruġia u Toni Abela. F’dan l-artiklu nsibu ritratt ta’ Farruġia fuq iljunfant u ritratt imbagħbas bil-Photoshop ta’ Joseph Muscat jisparixxi lid-deputat mexxej tiegħu.

Ma hemmx wisq x’tikkummenta dwar dan l-artiklu ħlief li tfakkar li GonziPN huwa, appuntu, Lawrence Gonzi waħdu. Mhux GonziBorgPN, għax Tonio Borg imkien ma ġie mdeffes f’GonziPN fl-2008. U wara l-vot ta’ sfiduċja fil-Gvern tiegħu nhar il-Ħamis, Gonzi biss tkellem, mhux Borg. U lanqas aċċetta mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Tajjeb li nfakkru wkoll lil min għandu memorja qasira li fl-1998, meta ssejħet elezzjoni qabel iż-żmien, il-PN fl-Oppożizzjoni ‘sparixxa’ l-eks ministru tiegħu li tant għaffġu u wasslu għat-telfa fl-1996 minn fuq quddiem tar-ritratti tal-kandidati ġodda għall-elezzjoni. Dawn l-isparixxuti, tipo Louis Galea, John Dalli, Ninu Zammit, Ċensu Galea, Francis Zammit Dimech u bella kumpanija, mirakolożament reġgħhu tfaċċaw malli tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni u fl-1998 reġgħu saru ministru. Imsieken dawn li tpoġġew fuq quddiem tar-ritratt biex il-PN jidher frisk baqgħu b’xejn!

Kif kien iħobb jgħid il-magician Malti Von Fred, il-kelma ‘magic’ bil-Malti tiġi ‘bużullotti’. Aħna tal-Mazzun naħsbu li kieku Lawrence Gonzi kien bużullottist kienu jipprova jisparixxi lil Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett, John Dalli, Jean-Pierre Farrugia u dawk kollha li ppruvaw isemmgħu leħinhom kontra l-“oligarkija” ta’ GonziPN! S’issa ma rnexxilux!

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 29, 2012 at 3:51 pm

    GonziPN se jirnexxilu jisparixxi awtomatikament l-istess bħal Costa Concordia li tabilħaqq hi analoġija preċiża għall-aħħar mal-GonziPN.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: