Home > Opinion > Jekk Gonzi rebaħ, Malta tilfet!

Jekk Gonzi rebaħ, Malta tilfet!

L-ebda deċiżjoni li se jieħu Gonzi mhux se jsolvilu l-kriżi li ħoloq hu stess u l-instabilita' tal-pajjiż ħlief elezzjoni kemm jista' jkun malajr

Il-problema ewlenija tal-votazzjoni tal-bierah mhijiex minn rebah jew tilef mill-Partiti Politici, imma l-fatt li tilfet Malta kollha; u li kieku Gonzi verament jimpurtah mill-istabilita’ tal-pajjiz mill-ewwel kien jaqbad u jghajjat elezzjoni. Dan m’għamlux u għalhekk ikollu jerfa’ l-għajta li hu mexxej li ma jistax jemmen li jista’ jeżisti xi ħadd ieħor li kapaċi jmexxi l-pajjiż u lanqas jammetti li l-partit tiegħu l-aktar li tilef mill-vot ta’ sfiduċja.

Anke d-diskors ta’ Gonzi fil-parlament kien wieħed fantastiku mhux għax kien brillanti, imma għax kellu l-ardir li jsostni li l-PN huwa partit li jittratta lil kulħadd indaqs u li jemmen fil-ġustizzja soċjali, meta l-kritika ewlenija ta’ Franco Debono hi li l-PN huwa mmexxi minn klikka tat-terrur li ma jikkmandahom ħadd u li jagħmlu li jridu. Klikka li mhi kontabbli għal ħadd u tagħmel x’tagħmel tgħaddiha lixxa u l-fatt li Gonzi baqa’ m’aċċettax juri li hu qed jipproteġi lil dawn in-nies. Gonzi qatt ma ta’ karrottu lil Franco Debono li se jġiegħel lill-membri tal-klikka tat-terrur biex jirreżenja wara li dawn għamlu qassata wara l-oħra u tilfu miljuni ta’ ewros lill-pajjiżna, u din tal-kontabilita’ hija probabilment l-akbar dnub tal-gvern ta’ Gonzipn.

Dan tant hu minnu li riformi mportanti bħal tal-whistleblower intesew għal kollox għax il-gvern ma jaqbillux li jkun kontabbli b’dan il-mod. Lanqas irid li l-partit politiċi li jingħataw aktar minn 10 000 ewro b’irċivuta ta’ min tagħhomlhom għax ma jridux jikxfu l-JS list magħmula min-negozjanti u kuntratturi li jżoqquhom għal favuri.

Dan juri wkoll l-ipokrezija grassa ta’ Gonzi li jipproteġi l-kuxjenza tiegħu fil-każ tal-vot tad-divorzju, imma ma jħossx xejn fil-kuxjenza għal mod kif il-klikka tat-terrur li għażel hu  ilhom erba’ snin iħammġu u jgħajru lil min ma jaqbilx miegħu, jagħżlu nies mhux kapaċi biex imexxu awtoritajiet importanti u jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontroll l-interess tal-poplu.

Il-kritika li Franco Debono għamel kontra l-għażla ta power-stejxin li tħammeġ bil-Heavy Fuel Oil, il-manipulazzjoni tal-PBS min-nies qrib il-PN bħal Natalino Fenech, Anton Attard u Lou Bondi u l-għoli esaġerat tal-kontijiet ta’ dawl, ilma, gass u fjuwil qatt ma missew il-kuxjenza ta’ Gonzi.

Tiskanta kemm għandu kuxjenza sensittiva fejn jaqbillu u kemm hi xierfa fejn ma jaqbillux.

It-test ta’ kemm verament toħroġlu qalbu Gonzi għall-pajjiż se jasal f’dawn il-jiem għaliex membri tal-kabinett tiegħu stess qed isostnu li bilfors trid issir elezzjoni.

Jekk jiddeċiedi li jtawwal l-elezzjoni kemm jiflaħ, mela hu kkakkmat mal-poter u moħħu biex jipproteġi l-interessi ta’ dawk kollha li ilhom kwart ta’ seklu jgawdu minn fuq dahar il-partit tiegħu. Jekk jagħmel elezzjoni f’temp xahar jew xahrejn ikun verament qed jaħdem biex ineħħi l-istabilita’ mill-pajjiż.

Sfortunatement, hemm wisq interessi u forzi fil-PN li ma jridux elezzjoni issa għax għandhom wisq x’jaħbu u x’jitilfu, u issa b’Franco Debono jżomm il-bilanċ tal-partit f’idejh, Gonzi ftit li xejn jista’ jiċċaqlaq.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 28, 2012 at 8:46 am

    Dwar il-vot ta’ SFIDUĊJA f’GonziPN hi ċara għall-aħħar. Issa qed tissemma l-morali fl-imġieba tal-PM. Kemm se jdumu jitmellħu bil-poplu. Il-kattoliċi Maltin ma jemmnux bil-moralita’ Jemmnu bil-karnivalati s-sena kollha. ‘Se nivvota u nivvota BIL-QALB’ – Gonzi dwar it-tariffi qawwija. Il-poplu ħa loqma żieda u Gonzi u sħabu ħadu €500 fil-ġimgħa.

    Il-punt hu x’tgħid il-Kostituzzjoni Maltija f’ċirkostanzi bħal dawn. L-iSpeaker bil-casting vote tiegħu jista’ jibqa’ jżomm lil GonziPN imsammar fil-poter? Hu mhux deputat bħall-35 deputati PN. Dik il-moralita’. U l-MEPs PL jistgħu jagħmlu xi ħaġa fil-PE? Jew taxxi biss għat-tpaċpiċ?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: