Home > Opinion > Gonzi – imkaħħal mal-poter!

Gonzi – imkaħħal mal-poter!

L-ewwel diskors li qal il-Prim Ministru ma tantx jagħmel sens. Hu qal li l-mozzjoni tan-no confidence turi li Joseph Muscat m’għandux maġġoranza warajh, iżda lanqas hu m’għandu maġġoranza għaliex Franco Debono ma vvotax favur il-gvern tiegħu u wara kollox hu suppost jiggverna u għalhekk għandu bżonn jara minn fejn se jġib il-maġġoranza.

Jidher ċar li l-intenzjoni tal-gvern hija li jkompli jiggverna minkejja li Franco Debono diġa qal li mhux se jagħlaq ħalqu u ħadd ma’ jaf kif se jivvotafil-money bills tal-baġit li dalwaqt jitilgħu fil-parlament għad-diskussjoni u r-ratifikazzjoni. Jekk jivvota kontra, il-gvern awtomatikament ikollu vote of no confidence u jrid u ma jridx ikollu jxolji l-parlament.

Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru diġa stqarr li se jmur kontra dak li qal ftit jiem ilu f’Ħaż-Żebbuġ fejn spjega li mhux se jibqa’ jiggverna jekk ma jkollux maġġoranza ċara u għal darb’oħra għamel U-turn oħra.

Fuq Franco Debono għandna ħafna xi ngħidu għaliex l-unika raġuni għalfejn astjena hija biex iżomm il-parlament ostaġġ u taħt idejh. Il-paroli fil-vojt li qal li jħobb il-pajjiż kienu kollha kliem fieragħ għaliex kieku vera ħabb il-pajjiż kien jivvota favur jew kontra għax b’dan il-mod biss kien jassigura li l-pajjiż jerġa jkun stabbli.

Aħna tal-Mazzun naħsbu li l-aġir ta’ Franco Debono hija waħda t’ego li dan jaħseb li hu aħjar minn ħafna minn sħabu u jrid li jingħata għarfien ta’ l-intelliġenza u l-abilita’ tiegħu. Issa ma joqgħodx jipprova jimpressjonana bil-patrijottiżmu żejjed għax il-votazzjoni tiegħu kixfet eżattament x’inhu u dak il-paroli kollu li se jwaqqa’ l-gvern u jrid lil Gonzi jirreżenja jew imur għall-elezzjoni kienu kollu bluff.

Kif ġew l-affarijiet issa Franco tilef ħafna mill-kredibilita’ li kellu u rridu naraw kif din se jġibha lura fis-seduti tal-parlament li ġejjin, u rnexxielu jxellifha ma’ kulħadd kemm mal-Laburisti kif ukoll man-Nazzjonalisti u anke ma’ dawk li kienu qed iqisuh bħala politiku ta’ kuraġġ li mhux lest iħalli lil ħadd jirrombbla minn fuqu.

Jekk Franco Debono ma jurix snienu fil-parlament fil-jiem li ġejjin jibqa’ ma jiġborx ġieħu, kulħadd ikollu raġun iqisu ta’ vavu li għax ma ngħatax iċ-ċejċa jagħmel plejtu u lest li jfotti l-pajjiż kollu bil-qrid tiegħu.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 27, 2012 at 2:08 pm

    Franco ħoloq theżżiża fil-GonziPN li qed iżejlu bih kif fadal xaqq ċans. MELA GONZIPN BLA VOT TA’ FIDUĊJA TANT LI KELLU JIDĦOL L-ISPEAKER BĦALA SALVAWOMO. L-ispeaker mhux deputat parlamentari bħal sħabu tal-Kamra. Ma jistax juri simpatija ma’ naħa jew m’oħra. In fatti jseħulu wkoll President għax xogħlu hu li jara li l-proċeduri parlamentari jitwettqu. Important li ninnutaw li meta xi ħadd mill-GonziPN ikun nieqes, il-Parlament jagħlaq. Mela GonziPN BLA SNIEN!
    Aktar dwar Franco. Dan jista’ jiġi offrut ministeru. Qsim fil-portafoll ta’ Gatt. Money no problem, but stepping down is a cancer in GonziPN’s pockets. And a shamefaced tumble!
    It-tariffi jistgħu jkunu fil-mira taċ-ċejċa għax elezzjoni hi finalment inevitabbli iżda l-lastku jiġġebbed kemm hu possibbli. Smajt ħafna opinjonijiet tal-hekk imsejħa esperti li saħansitra huma letturi fl-UM, iżda ħlief ċuċati ma fhimtx.
    Fl-aħħarnett, nerġa’ nsemmi lil Franco. Dan qisu x-xabla ta’ Damokle. Gvern imwissi li miexi kontra r-rieda tal-maġġuranza għax illum hemm supporters minn GonziPN li xebgħu bit-tmexxija mnejka ta’ Gonzi.

  2. Joseph Cardona
    January 27, 2012 at 2:17 pm

    Re Joseph Muscat, I see no trace of egg on his face. He’s there to criticise GonziPN when the direction of governance goes amiss. This he has done on other occasions. There’s nothing to hurry about – further problems will be hatching. of course, but then, it will be up to the electorate to carefully weigh the situation and cast their votes to forestall further damage. An early verdict is predicted, but no one can discount the fact that time stretching will be resorted to to benumb thoughtful consideration.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: