Home > Features > IL-KAP FUTUR TAL-PN – MARIO DEMARCO?

IL-KAP FUTUR TAL-PN – MARIO DEMARCO?

Mario de Marco jidher minn tagħna u kwiet, imma taħt il-maskra hemm persuna li timmanipula u tiġbed l-ispag tal-gażżetti nfluwenti tat-Times

Il-Ministru Mario de Marco jagħmilha tal-kwiet, tar-raġenevoli u ta’ persuna li jġib ir-riżultati. Joqgħod attent ukoll li ma jattakkax b’mod personali għax irid li l-imaġni tiegħu ta’ politikant ġentlom tmexxieħ ‘il quddiem forsi xi darba jegħlibha lil Gonzi u jagħmel dak li m’għamilx missieru u jsir kap tal-PN u forsi Prim Ministru tal-pajjiż.

Ngħiduha kif jgħiduha l-Ingliżi, dan id-diskors dwar kemm hu tajjeb Demarco huwa pure bullshit.

De Marco la jġib riżultati–biżżejjed tħarsu lejn ir-riforma finta tal-MEPA u l-istat ta’ l-Ambjent–u jekk hu kwiet, dan biex jaħbi personalita’ li tikkmanda l-gażżetti tat-Times u tagħtihom struzzjonijiet ta’ lis-spin li dawn għandhom jagħtu lill-aħhbarijiet politiċi tal-ġurnata. Biżżejjed tanaliżżaw naqra kif dejjem ipinġu stampa tajba tiegħu biex taraw kemm din il-gażżetta hija taħt il-madmad tiegħu.

Aħna tal-Mazzun nissusspettaw li waħda mill-akbar spins tat-Times li hija d-diċerija li Franco Debono se jastjeni ħareġ biha Mario Demarco. Aħsbu ftit u ara kemm dan ma jagħmilx sens għaliex li Franco Debono jastjeni hija l-agħar ħaġa li jista’ jagħmel mhux għall-Partit Laburista jew il-Gvern, iżda għall-istabilita’ tal-pajjiż u l-kredibilita’ personali tiegħu.

B’vot kontra Gonzipn, Franco jkun qiegħed juri li ħadd ma’ jagħmillu l-bżieq fuq imnieħru u jirbaħ l-ammirazzjoni tal-Laburisti u n-Nazzjonalisti rrabbjati għall-Gonzipn. B’astenzjoni xorta jfotti lill-Gonzipn għax dan eventwalment irid jagħmel elezzjoni. Infatti diġa ħarġet li hekk se jagħmel u Gonzipn se jgħajjat elezzjoni f’Mejju li jfisser li se jkollna nagħmlu erba’ xhur sħaħ ta’ kampanja elettorali u dan juri l-kilba sfrenata li Gonzipn jerġa jirbaħ l-elezzjoni u jibqa’ fil-gvern.

Minn naħa ta’ Franco Debono dan jispiċċa bla allejati għax jirrabbja lil kulħadd kontrieh. Jista’ jkun li Franco ma jridx allejati għax forsi wara li jħalli kaos warajh jemigra lejn l-Italja, iżda astenzjoni tkissirlu l-kredibilita’ kollha li bena ma’ dawk li qed jarawh bħala politiku li ma jċedix għall-pressjoni ta’ min hu akbar minnu.

Mario Demarco wera snienu l-bieraħ fil-parlament meta qal li l-Opposizzjoni għamlu vote of no confidence mingħajr ġustifikazzjoni u hawn f’tal-Mazzun bdejna nħokku rasna. Bla ġustifikazzjoni meta l-pajjiż diġa kien beda jbati mill-instabbilita’ li ġġib magħha kriżi fit-tmexxija? Jiġifieri dan Demarco ried li l-kriżi tat-tmexxija ta’ Gonzipn ma’ tiġix solvuta?

Fil-fatt Joseph Muscat għamel il-vote of no confidence għaliex Gonzi ma kellux il-kuraġġ jagħmilha u anke dawn it-tlett t’ijiem ta’ ftaħir fil-vojt mill-membri tal-gvern, ma kienu xejn ħlief telf ta’ ħin forsi jtawlu ftit aktar iż-żmien u Franco Debono jiġi f’tiegħu.

Mario de Marco qal li l-Opposizjoni wettqet “frodi demokratiku”. Issa frodi fil-liġi kriminali tfisser qerq intenzjonat magħmul għall-gwadan personali ta’ min jagħmlu. Mela Demarco qed jakkuża li Joseph Muscat qed iqarraq u din ma tagħmilx sens għax dan la beda l-kriżi u lanqas kellu x’jaqsam magħha. Jekk kien hemm xi ħadd li qarraq kien Gonzipn li qal li se jindirizza dak li ried Franco Debono u m’għamel xejn.

Il-“Frodi Demokratiku” qed iwettqu min jaf li ma jistax imexxi u qed iqarraq bil-poplu għax qed jipprova jikkonvinċi lil kulħadd li jista’ jkompli jmexxi.

Sewwa jgħidu li jekk tirrepeti gidba tasal biex tibda temmen il-gidba tiegħek stess, u r-ripetizzjoni ta’ de Marco li l-Opposizjoni ma’ spjegatx il-vote of no confidence hija gidba għax il-midja Laburista xebgħat tgħid li għajtet il-vot biex twaqqaf l-instabilita’ li hawn fil-pajjiż. Possibli li din mhiex raġuni tajba biżżejjed?

U nixtieq napplawdi lill-Partit Laburista talli ma’ waqax fin-nassa li jiddabatti l-mozzjoni fil-parlament għax din ġlieda bejn in-Nazzjonalisti minkejja li qed jipprovaw kemm jifilħu jdaħħlu l-PL fin-nofs.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 26, 2012 at 1:11 pm

    So the warning facts are there. The CONFIDENCE VOTE in GonziPN has just scraped through. A very near comparison is the Costa Concordia tragedy. The tragic event happened through the captain’s negligence. GonziPN is captained by an indifferent leader to the needs of the people. No parliamentary majority means that the Ship of State is slowly but steadily sinking. Just like the luxury cruise liner Costa Concordia.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: