Home > Opinion > Franco jaqla’ l-ħama u sewwa jagħmel

Franco jaqla’ l-ħama u sewwa jagħmel

 !

Franco Debono jibda jikxef x'ġara fil-fond tal-PN!

It-Times ta’ dal-għodu kien fiha storja tassew interessanti li turi sa fejn jaslu l-MPs tal-PN.

Dan Beppe Fenech Adami ħareġ jgħid radju Malta li Franco Debono ilu jdejjaq lill-Prim Ministru biex ilaħħqu ministrut tal-ġustizzja. Għal dan, Franco wieġbu:

“Nistaqsieh jsemmi l-ħin u l-post fejn għedtlu dan id-diskors għaliex dan qed jgħid affarijiet foloz u vvintati. Hu qal gidba totali. Bħama hi gidba li ried li l-PN joħroġ stqarrija kontra Louis Galea.” Hu kompla billi xela’ l-partit li kienet deciżjoni nterna li joħorġu bis-slogan tal-GonziPN u uċuh ġodda li setgħu jippreġudikaw lil dawk il-kandidati litant kienu ilu jaħdmu għall-partit. Fi kliem ieħor, Franco qal li l-PN tant kellu kilba li jerġa jirbaħ l-elezzjoni li kien lest jissagrifika l-anzjani tal-partit għaż-żgħar biex jagħti image ta’ partit ġdid u dinamiku mimli kandidati żgħażagħ.

Hu reġa rrimarka li dak qal Beppe kien totalment falz u spera li dan ma wiritx din l-imġieba mingħan missieru li wara kollox tilef libell għax gideb fuq Alfred Sant qabel l-elezzjoni li għaddiet.
“Jien immur kuljum il-qorti mingħajr l-għajnuna ta’ ħadd u bil-maqlub ta’ ħafna fil-partit li kuntatti ma’ kuntratturi u negozjanti ewlenin tal-pajjiż. Ix-xogħol tiegħi bbażat fuq klijenti privati u kulħadd jista’ jiġġudika l-abilita’ tiegħi u ta’ oħrajn.”

Franco Debono qal li hu ried li l-partit jagħtih rwol li fih ikun jista’ jikkontribwixxi: “Li ma qalx Dr. Fenech Adami hu li jien ġibt voti daqsu fl-aħħar elezzjoni minn distrett magħruf bħala Laburist u mingħajr ma’ kelli l-Prim Ministru bħala missieri. Minbarra dan, fuq id-distrett tiegħi kelli tlieta u mhux żewġ ministri u xorta mort ħafna aħjar minnu fl-aħħar elezzjoni.”
Franco  tkellem ukoll fuq l-allegazzjoni li hu ried ipattiha lill-Ministru tat-Trasport Austin Gatt ta’ inċident li seħħ 10 snin ilu meta hu kien avukat jirrappreżenta  l-familja ta’ Nardu Debono u talab kumpens għal dak li ġralhom. Dakinhar Austin Gatt qallu li l-kumpens kien għoli wisq, iżda ftit wara fuq programm fuq in-NET TV immexxi minn Pierre Portelli, Austin Gatt li dak iż-żmien kien ministru tal-ġustizzja qal li minħabba li kien fadal biss il-werrieta ta’ Nardu Debono u mhux il-vittma, huma ma kienux se jingħataw kumpens.

Kif il-familja ta’ Nardu Debono qabdu lil Dr Joe Zammit Maempel biex jirrappreżentahom,  ingħataw aktar minn Lm100,000 bħala kumpens u għall-ħlasijiet legali u ħadd ma jrid jinsa li Dr. Żammit Maempel jiġi ħaten Austin Gatt u huwa l-avukat tal-PN. Dan m’għandu xejn x’jaqsam mad-diżastru ta’ l-Arriva u ma rridux ninsew li anke Dr. Eddie Fenech Adami stess qal li Manuel Delia kien għamel froġa mir-riforma.

Beppe qal ukoll li Franco minn dejjem kellu għal Dr. Carm Mifsud Bonnici u ppressa biex dan jiġi mneħħi minn ministru.  Franco Debono wieġeb li mill-2009 kulħadd kien jaf li hu ma kienx jaqbel mal-mod kif  Dr. Mifsud kien qed imexxi l-ministeru tiegħu, il-qrati, l-ħabs, mal-poter li ta’  lill-Avukat Ġenerali u li lill-pulizija ħallihom mingħajr unjin.

Il-fatt mhuwiex li hu ried isir ministru, iżda li ministri li m’għamlux xogħolhom sew baqgħu fejn kienu.

Bħala avukat tal-kriminal kont qed nagħmel pressjoni fuq il-Prim Ministru fuq in-nuqqasijiet serji fil-qrati u d-drittijiet ta’ l-imputati li kienu konfermati b’deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropeja.

“Possibli, id-demokrazija f’pajjiżna marret lura daqshekk?” staqsa Debono.

Hu kompla jinsisti li l-PN mhuwiex il-propjeta’ privata ta’ tlieta jew erbgħa familji u erba’ individwi. In-nies iridu jkunu jafu kif l-istess erba’ min-nies ikomplu jiġu appuntanti f’postijiet prestiġjużi minkejja li wħud ma’ jagħmlux xogħolhom sew. Dawn jippretendu li kulħadd jagħlaq ħalqu u lanqas għandhom dritt jistaqsu kif dawn biss jingħataw dawn il-karigi.

Minkejja li l-PN u l-allejati u l-opinjonisti tiegħu baqgħu jiddemoniżaw lil Franco Debono, il-punti li jqajjem jibqgħu validi u t-tagħrif ġdid li qed jikxef dwar sħabu juri kif dawn kienu qed jaħbu xibka ta’ favuri li qed insiru nafu bihom biss għax Franco kellu l-kuraġġ li jikxifhom.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: