Home > Opinion > Gonzipn, l-oligarkija u l-imberkin minn Alla!

Gonzipn, l-oligarkija u l-imberkin minn Alla!

L-Oligarkija ta' Gonzipn bi ftit ħnieżer jieklu minn fuq dahar kulħadd waqt li l-poplu jħallas għaż-żbalji tagħhom.

Tajjeb li nibdew infakkru d-deċiżjonijiet li ħa l-gvern preżenti qisu rebaħ l-aħħar elezzjoni b’xi ħames siġġijiet u ddeċieda li jqabbad lil Renzo Piano biex jeqred wieħed mill-ftit spazji miftuħa li hemm fil-belt b’teatru miftuħ, jibni parliament ġdid u jħalli d-daħla tal-Belt mingħajr bieb.

Is-saga tal-Pjan ta’ Piano ġabet għadab kbir lejn Gonzi mingħand kulħadd u turi kemm hu bniedem ta’ rasu u kemm iddiskrivieħ tajjeb Franco Debono meta qal li min għalih xi re li wiret it-tmun tal-pajjiż u jmexxi oligarkija.

Tajjeb li nispjegaw x’inhi oligarkija.

Skond il-wikipedia “oligarkija” hija kelma Griega li tfisser forma ta’ poter ibbażat fuq klassi elitista li jistgħu jkunu nobilita’, sinjuri, kummerċjali u marbuta bir-rbit familjari u politiku.

Mhux ta’ b’xejn ħa għalieh Gonzipn għax Franco laqat il-musmar fuq rasu. Mela ħa naraw kif nistgħu napplikaw din l-oligarkija għat-tmexxija ta’ Gonzipn.

Oligarkija hija kelma tgħid li l-poter tal-pajjiż ikun f’idejn klassi elitista. Issa l-kelma elitist tfisser li l-poter ikun ikkonċentrat f’grupp żgħir ta’ nies li jaħsbu li huma aħjar minn ħaddieħor u għalhekk għandhom d-dritt li jmexxu lil kulħadd u li jiġġustifikaw il-perkaċċi li jieħdu għax qed jaħdmu għal ħaddieħor.

Fil-kas ta’ Gonzipn, il-poter huwa konċentrat f’idejn il-Prim Ministru u l-Ministri tiegħu u ftit nies bħal Edgar Galea Curmi u Richard Cachia Caruana, u għalhekk huwa grupp ristrett ħafna. Fil-kas ta’ Cachia Caruana, dan nobilita’ mill-Mdina allura probabli aktar jaħseb li ħaqqu li jikkmanda lil kulħadd mit-tron tiegħu f’Brussel. Miegħu rridu nżidu dawk li huma marbuta b’irbit familjari bħal Carm Mifsud Bonniċi, Mario Demarco u Austin Gatt li diġa qed irawwem iż-żewġ ulied li għandu biex ikollhom karriera politika. Hemm oħrajn li għandhom anqas poter, iżda xorta meqjusa bħala ta’ ġewwa bħal Beppe Fenech Adami.

F’oligarkija l-poter kummerċjali huwa mportanti ħafna u għalhekk il-PN għandu l-lista JS biex il-kuntratturi li ħallewhom ikissru lil Malta jagħtuhom donazzjonijiet ta’ 10 000 ewro u aktar; il-lukandiera ewlenin għandhom l-MTA u l-finanzi kbar li tingħata taħt idejhom u l-MCESD iddominata minn gruppi oħrajn elitisti bħall-Kamra tal-Kummerċ, il-GRTU u l-Assoċjazzjonijiet ta’  Min Iħaddem li ma jridux lill-Forum isir membru.

Ma’ dawn iridu nżidu l-kapijiet u l-impjegati għoljin ta’ l-awtoritajiet u kumpaniji li waqqaf il-gvern li aktar iżommu ma’ l-interessi l-Kbar milli mal-konsumatur għaliex il-lejalta’ tagħhom hija favur l-oligarkija tal-gvern li tagħthom il-poter u mhux il-poplu.

U meta jkollok oligarkija, tlaħħaq in-nies mhux għax kapaċi, iżda għax huma allejati ideoloġiċi jew kummerċjali tal-gvern jew biex imexxu l-aġenda tal-gvern.

Fl-aħħar ma’ nistgħux ma nsemmux li hemm min fil-PN jaħseb li dan il-partit għandu l-jedd divin li jmexxi ġejja mill-fatt li jaħsbu li dejjem kienu l-partit favorit tal-Mulej għax dejjem żammew mal-Knisja, u din hija forsi l-akbar problema ta’ l-Oligarkija ta’ Gonzi u għalhekk qed ikollu diffikulta’ tant kbira li jerħi l-poter.

Dan ried ifisser Franco Debono, ħafna fehmuh u għalhekk Gonzipn tant ħa għalih!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: