Home > Opinion > Too Little Too Late!

Too Little Too Late!

L-aqwa li fl-aħħar se nipprovaw indaħħlu liġi ta’ ċensura sura ta’ nies. Wara li dan il-gvern ħalla lill-qorti tipprova ssallab lil Mark Camilleri talli kiteb storja f’gazzetta bl-isem ta’ Ir-Realta’, issa jrid jikkonvinċina li hu xi paladin tal-liberta’ ta’ l-espressjoni b’liġi ġdida li qal lil Mario Demarco jagħmielu u li jekk jaqa’ l-gvern nhar il-ħamis li ġej żgur li tintesa bid-deni ta’ elezzjoni bikrija.

Dawn in-nies vera ma jistħix wiċċhom meta f’kważi erba’ snin m’għamlu xejn fuq problemi taċ-ċensura bħal dik ta’ Mark Camilleri u l-play Stitching. Forsi l-liġi kif qal Adrian Buckle li kien se jtella’ l-play hija tajba, iżda kif jgħidu l-Ingliżi too little too late!

Din l-istess bħal qorti għal min jabbuża bid-drogi li pproponiha Chris Said, il-“ħabib” ta’ Franco Debono li kien ilu jħambaq fuqha u li issa ma tgħaddix jekk Franco jivvota favur il-vot ta’ sfiduċja nhar il-Ħamis li ġej.

Il-Ministru tas-Saħħa ma ridniex ninsew li qed jaħdem għaliex għadu kif qal li se jdaħħal sistema ġdida ta’ tendering li għandha taqta’ n-nuqqas ta’ mediċini li jkun hawn. Wara li qatt ma rnexxielu jsolvi l-problema tan-nuqqas ta’ sodod f’Mater Dei u l-backlog kbir ta’ operazzjonijiet, żgur li ħa nemmnuh li wara li l-poplu ilu jilmenta dwar il-mediċini tlett snin u nofs, issa f’daqqa waħda se jsolvi l-problema.

Ma jdaħħaqniex!

Dawn x’jaħsbuhom in-nies?

Totalment bl-moħħ!

U biex vera ngħaxxquha, issa ħareġ għan-nofs George Pulliċino jgħidilna li se jsir proġett ta’ 56 miljun euro biex jinġabar u jiġi kkontrollat l-ilma tax-xita. Fis-sebgħinijiet Mintoff kien nieda proġett ta’ bini ta’ diegi, ilqugħ u ġibjuni ta’ l-ilma li lkoll tħallew jitfarrku u jinqerdu mill-gvern traskurat u nkompetenti ta’ Pulliċino. Ilu jwiegħed dan il-proġett minn qabel l-elezzjoni li għaddiet u tiskanta, issa f’daqqa waħda se jsir il-proġett.

Il-PN u l-Ministri tiegħu ilhom idaħħquna ġimgħatejn u milli jidher determinati li jibqgħu jdahhquna b’għajjat dwar proġetti li jekk il-Ħamis jaqa’ l-gvern tagħhom ma jkunux jistgħu jagħmluhom.

ARE VERA PULĊINELLI!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: