Home > News > Gatt jgħajjar lil Franco miġnun!

Gatt jgħajjar lil Franco miġnun!

Mela Austin jgħajjar lil Franco miġnun u Gonzi u Cachia Caruana jgħidu lil kulħadd biex jieqfu jgħajruh. JAFU X'INHU HUMA JAGĦMLU?

Fl-2008 il-PN kellu kważi pussess assolut tas-social media bħal facebook u l-battalja fuq il-front virtwali rebħuha, iżda r-referendum dwar id-divorzju rnexxielu jgħaqqad ħafna forzi progressivi ta’ kull lewn, twemmin u orjentazzjoni sesswali kontra l-PN u l-Knisja, u din l-allejanza kienet dak li xtaq li l-PL ikun Joseph Muscat. L-għaqda ta’ bejniethom waslet biex ir-referendum intrebaħ mill-Movument IVA u protagonisti li ma kienux meqjusa bħala Laburisti bħal Deborah Schembri u Cyrus Engerer spiċċaw mal-PL. Min hawn beda l-gwaj għall-PN għax ma kienux kapaci jaraw is-sinjali taż-żmenijiet.

Illum il-folja tidher li nqalbet hekk kif feggew tant blogs u websites progressivi, xellugin, Laburisti, atei, agnostici, Umanisti, Gay u tant u tant oħrajn li lkoll huma miftuhin ghal kulhadd, filwaqt li l-gruppi konservattivi u Nazzjonalisti kollha maghluqin ma jmux xi ħadd ma jmerihom.

Il-bieraħ ktibna dwar il-paġna tal-facebook tas-sacerdot tal-ħdura, Peter Darmanin li b’xi qawwa divina moghtija minn Alla qiegħed jitlob l-għajnuna tieghu u tal-Madonna bit-talb sabiex Franco Debono jirreżenja. Il-fanataciżmu u l-fundamentaliżmu tal-kummenti f’din il-paġna qażżuna; u juri l-ipokrezija kbira ta’ ħafna nies li jiftaħru li huma Nsara, iżda kieku jistgħu jsallbu lil min ma jaqbilx maghħom.

Aħna tal-Mazzun minn dejjem stħaqna li websites u artikli bhal ta’ Daphne Caruana Galizia u kummentaturi Nazzjonalisti oħra deni jagħmlu lill-PN, u bħalissa qed idaħħal speci ta’ doppja personalita’ fi ħdan il-PN, hekk kif nies bħal Edwin Vassallo joffri l-id tal-ħbiberija lil Franco, u minn warajh jissieħħeb mal-paġna tal-facebook li tridu jirreżenja.

Imbagħad jidhru Lawrence Gonzi u Richard Cachia Caruana jgħidu lin-nies taghħom biex ma jinfexxux f’attakki personali u jippretendu li ma jqisuhomx bħala redikoli meta nafu li lil Gonzi xebgħu jgħidulu biex irażżan in-negozjanti tal-ħdura fi ħdanu u qatt m’għamlu xejn dwaru, filwaqt li kulħadd jaf li Cachia Caruana huwa l-arkittet tax-xibka ta’ ħdura mmirata bi preciżjoni biex tkisser u tfarrak il-kredibilita’ ta’ kull min ma’ jaqbilx ma’ GonziPN.

Dan Cachia Caruana vera wiccu nforrat biex jidher quddiem kulħadd u jgħid li ma jrid lil ħadd jinfexx f’attakki personali kontra Franco meta hu jinstigahom u ppjanahom tant li d-deputat  kellu jirrikori ghall-protezzjoni tal-pulizija minħabba l-biża’ li għandu li xi ħadd jagħmel lilu u lill-familjari tiegħu xi vendikazzjoni.

Mill-banda l-oħra, din it-tattika ta’ messaggi konflinġenti lejn Franco juru f’liema stat ta’ paniku jinsabu  tal-PN għax ma jistgħux jiddeciedu kif se jsolvu l-problema li tefa’ f’ħogorhom. Għaliex Franco diġa kisser il-mit li l-PN hu partit dejjem magħqud li l-problemi tiegħu jżommu dejjem ġewwa.

Iridu ngħidu wkoll lil Franco biex ma jaqtgħax qalbu għaliex is-suġġerimenti tiegħu jagħmlu ħafna sens u certi li l-PL fil-gvern se jirranġa l-ħniżrijiet fil-ħabs, it-taħwid f’tal-linja u l-problema tal-BWSC u l-użu tal-Heavy Fuel Oil li d-dħaħen tiegħu ħa jkomplu jniġġzu n-nofsinhar ta’ gżiritna fejn diġa hemm ħafna tniġġiż.

Dan Joe Muscat diga weghdu u beħsiebu jwettqu meta jkun fil-gvern.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 16, 2012 at 7:02 pm

    Hemm taħwid ċar fil-GonziPN. Franco waslu biex imellsuh ukoll għar-raġuni ovvja li b’siġġu wieħed aktar, GonziPN hu f’qagħda mwiegħra sewwa. Gonzi dan kien ilu jafu bil-maġġuranza mqanzħa ta’ 1500 vot. Iżda ried jitkessaħ għax il-PN ilu wisq fis-setgħa.
    Aktar ma jdumm jaħsibha aktar tistaġna l-ekonomija u forsi min għadu papru, jara d-dawl.
    Jien inħoss li Franco għandu jieħu post indipendenti. Infakkru lin-nazzjonalisti li vvutawlu li kellhom il-manifest bħala gwida. Dan b’arroganza ġie mittiefes; mela Franco qed jaġixxi b’irġulija, b’sinċerita’ u għall-ġid nazzjonali.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: