Home > Opinion > Par Idejn Jirtogħdu!

Par Idejn Jirtogħdu!

Għandu għalfejn ikun inkwetat!

Nistgħaġeb bl-ardir ta’ Gonzi.

Jitla’ bl-għajta ta’ par idejn sodi u jisfronda l-finanzi tal-pajjiż b’sptar li qam ‘il fuq minn nofs biljun ewro!

Jitla’ bl-għajta li jieħu ħsieb l-ambjent u jaħbi l-problema tat-trab iswed, jibni power-stejxin taħdem bl-aktar fjuwil li jħammeġ u jħalli l-pajjiż jimtela’ b’70 000 post vojt!

Jitla’ bl-għajta li se jirriforma l-MEPA u jġibha agħar milli hi–bla snien maċ-Ċaqnu u Żaren, b’xedaq daqshiex maż-żgħir.

Ma’ dan ma nistgħux inżidu ruxxmata awtoritajiet li moħħom biex jaqbżu għall-gvern u kumpaniji qrib tiegħu.

Eżempji hemm kemm tridu.

Il-MEPA tagħti l-permess għall-power-stejxin li se żżid it-tniġġiż ta’ l-arja bil-kbir meta l-awtorita’ baqgħet muta u pparaliżżata għall-fatt li f’Malta għandna fost l-ogħla livell ta’ tniġġiż ta’ l-arja fl-Ewropa.

Trasport Malta tagħmel froġa bit-trasport pubbliku mal-bulli l-kbir Austin bl-introduzzjoni ta’ l-Arriva.

MFSA aktar moħħha biex tipproteġi lill-BOV milli l-klijenti li ġew ingannati bil-La Vallette Fund.

L-Awtorita’ tal-Kommunikazzjoni tkaxkar saqajha għal xhur sħaħ biex tiddeċiedi jekk Melita u Go tmejlux bil-klijenti tagħhom.

U xi ngħidu fuq il-kwistjoni tad-divorzju b’GonziPN jerġa jingħaqad mal-Knisja bħalma għamel zijuh ħamsin sena ilu u baqa’ mibgħut mil-Laburisti kollha?

Tiftakru kif ipprova jbellgħaħilna li dawk li kienu qed imexxu l-kruċjata kontra d-divorzju kienu ndipendenti u nsibu li kienu Arthur Galea Solomone, Andre Camilleri u martu u Dun Joe Borġ li kollha pappew u baqgħu jpappu mal-gvern. Kieku seta’ ma’ ħalliex id-divorzju jidħol biex ikompli jilgħaq il-Knisja għax jaf li dejjem bis-saħħa tagħhom tela’.

U ma’ nistgħux ninsew il-wegħdi ta’ GonziPN lil ta’ l-Airmalta u l-ittri li bagħtilhom qabel l-elezzjoni li għaddiet li l-impjieg tagħhom mhux se jintmiss?

Gonzi ma waqfax jitmejjel b’kulħadd u qatt ma biddel id-diska. Anzi ma’ baqgħax jgħid li se jġib Rebbiegħa ġdida u stil ġdid ta’ politika. Anzi l-istil tal-politika tiegħu anke n-Nazzjonalisti jammettu li kien l-aktar tip ta’ politika li tifred anke lill-kabinet tiegħu stess.

Ried jimpressjona lil kulħadd li jnaqqas il-ministri u jkollu kabinet żgħir bl-iskuża li jmexxi l-pajjiż aħjar u aqta’ x’suċċess għamel b’ministri bħal Austin Gatt, Dolores Cristina u Carm Mifsud Bonniċi.

Fil-fatt kulħadd induna li Gonzi għamel kabinet żgħir biex ikun imdawwar b’dawk li kienu fidili lejh, filwaqt li MPs li kien qrib John Dalli qaċċathom minn kullimkien; u minn hawn beda sejjer lura għaliex aljena lil niesu stess. Din ir-raġuni għaliex dawn l-aħħar erba’ snin ma setax joqgħod kwiet bil-back-benchers.

Jekk kien lest isallab lil John Dalli, Gonzi kien se joqgħod jiddejjaq jgħaffeġ nies bħal JPO, Jesmond Mugliette, Jean-Pierre Farruġia u issa lil Franco Debono li tant qed jibża’ li sa ried il-pulizija joqgħodulu għassa mad-dar?

It-tmexxija ta’ Gonzi kienet waħda li tifred lill-poplu u tikkastiga lil min ma’ jaqbilx miegħu anke jekk dan ikun Nazzjonalist. Il-mod kif ħalla lis-Saħħara tal-Bidnija tirremetti fuq kulħadd armata b’tagħrif li biex iġibu jrid ikollok kuntatti ma’ sorsi għoljin sew fil-gvern qażżes lill-MPs Nazzjonalisti sew u kienet waħda mir-raġunijiet għaliex Debono fferoċja.

Anke l-mod kif kien se jsiefer mingħajr ma’ jagħti kas l-instabbilita’ tal-pajjiż turi kemm l-interess tiegħu ma’ kienx il-pajjiż, iżda l-futur politiku tiegħu. Irid jikkonvinċina li kien se jġib l-investiment minn Qatar–pajjiż meqjuż bħala ċentru ta’ l-ittraffikar Uman u skjavitu legali ta’ l-immigranti–milli jidher Gonzi ma’ tgħallimx mill-ħbiberija li kellu ma’ Gaddafi!

U hija stramba li kważi kulħadd kelma waħda–il-korpi kostitwiti u l-unjons li s-soltu huma favur il-PN u anke l-kummentaturi u l-opinjonisti. Kollha jitolbu lil Gonzi jagħmel elezzjoni għax milli jidher kulħadd xeba’ bl-inċertezza u l-gideb.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: