Home > Opinion > X’qal Gonzi fuq it-Times tal-Hamis, 12 ta’ Gunju 1998

X’qal Gonzi fuq it-Times tal-Hamis, 12 ta’ Gunju 1998

Kliem l-ipokrezija (b'apologija lil Maltatoday)

“Din is-saga ma tistax tibqa’ ghaddejja ghal dejjem. Wasal iz-zmien li l-issue tigi ssetiljata darba ghal dejjem. Jekk l-unika soluzzjoni hija elezzjoni bikrija ejja mmorru ghaliha.” 

Hawnhekk tinduna kemm Gonzi hu mwahhal mal-poter tant li lanqas kwart ta’ seklu mhu bizzejjed ghalih u ghal partit tieghu. Dawn kieku jistghu jbiddlu lill-pajjizna f’one party state–dittatura demokratika li fiha jibqghu jirrenjaw, jerdghu u jghaffgu bhalma ilhom jaghmlu dawn l-ahhar 25 sena.

Mhux talli hekk, araw ftit l-ardir ta’ dan il-mexxej. Jeqred li gejjin zmenijiet difficli u fl-ahhar bagit jaghti zieda fl-allowance tat-tfal tal-familji tal-klassi tan-nofs, filwaqt li lil dawk tal-qiegh  kompla bazwarhom bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u l-oghli tal-hajja li ma waqqfet toghla.

Imbaghad jibghat il-bagit lill-Unjoni Ewropeja u jghidulu: “X’qed tipprova taghmel? Trid tnaqqas in-nefqa b’40 miljun ewro ohra!” u dan iqisu bhala certifikat sabih ghall-partit tieghu tal-mod kif qed jiehu hsieb il-finanzi ta’ pajjizna!

Kieku ma tisimghux fuq in-NET 2 (PBS) lanqas temmnuh dan ir-ragunar!

Tafu min kien jaghmel hekk?

Prim Ministru li jismu Kostantin Karamalis li bit-tahwid li hawwad fil-finanzi ta’ pajjizu, fallih; u tafu x’pajjiz kien imexxi dan?

Il-Grecja!

Biex inkompli fuq il-mod kif agixxa Gonzi  fl-1998, fl-istess edizzjoni tat-Times ikkwotawh jghid li huwa car daqs il-kristall li l-Prim Ministru[Alfred Sant] tilef it-tama li jkollu maggoranza fil-parlament ghalhekk hu konstituzzjonament obbligat li jinforma lill-President dwar is-sitwazzjoni.

Dan kollu juri d-doppja faccia, l-opportunizmu u l-ipokrezija grassa ta’ Laurence Gonzi u l-kilba kbira li ghandu li jibqa’ fil-poter li baqa’ jwebbes rasu u la jkellem lill-President ma jrid u lanqas jitlob vot ta’ fiducja.

Kellu bzonn kellu l-irgulija ta’ Alfred Sant li kif ra li Mintoff se jibqa’ jwebbes rasu u mhux se jhallieh imexxi ghajjat elezzjoni. Ara Gonzi ma jridx jghajjat vot ta’ fiducja ghax irid itawwal kemm jista’ jkun il-krizi; u kulhadd jaf ghalfejn.

Dal-gvern tant ghandu x’jahbi u tant ghandu hmieg li la ghandu tapit kbir bizzejjed biex jahbieh tahtu u lanqas zmien bizzejjed biex jghatti l-hnizrijiet li saru tahtu fl-oghti ta’ tenders, direct orders, ordnijiet lil tal-qalba u l-hbieb, u konsultazzjonijiet finet li jirrizultaw f’dizastri bhal ta’ l-Arriva u t-Trab Iswed.

Jekk jitlob vot ta’ fiducja u jitilfu lanqas ikollu cans igib minn barra corma qassisin, sorijiet, religjuzi u hbieb mill-istrutturi ta’ l-EU bl-10 euros fuq Airmalta falluta biex jivvotaw favurieh bhalma ghamel fl-2008 u dan tassew iwerwru.

Anke s-superman Nazzjonalist, Austin Gatt diga laqa’ ruhu u qal li jekk issir elezzjoni f’Marzu l-PN jitlef b’telfa kbira.

Mela l-ghan tieghu se jkun wiehed biss–li jtawwal kemm jista’ jkun id-data ta’ l-elezzjoni ghalhekk Joe Muscat ghandu jaqbad u jaghmillu vot ta’ sfiducja kif jidhol fil-parlament.

 


Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 12, 2012 at 10:13 am

    Nothing really new or surprising. GonziPN is accountable to the nation, and the only solution is facing the verdict in the forthcoming general election. The more they drag their feet, the worse it is for them. Sic transit gloria mundi, GonziPN!

  2. Joseph Cardona
    January 12, 2012 at 5:50 pm

    Għadni kemm smajt fuq stazzjon televisiv li Gonzi se jkun imsiefer meta jiltaqa’ l-Parlament. Dan hu att kodard, irresponsabbli u oxxen. Gonzi hemm bżonn jitlaq minn issa u jitneħħa minn mexxej. Aktar inċertezza u problemi politiċi.

  3. Cicciobello
    January 13, 2012 at 8:17 pm

    Biexc tara kemm kien jinterssah il krizi li gab bidejh!!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: