Home > News, Opinion > PL ready to present electoral programme if election is called – timesofmalta.com

PL ready to present electoral programme if election is called – timesofmalta.com

PL ready to present electoral programme if election is called – timesofmalta.com.

Bil-maqlub ta’ x’hasbu hafna, il-PN inqabad fuq sieq wahda u qed jipprova jtawwal kemm jista’ ghax jaf li ma jistax jezercita’ l-poteri governattivi tieghu biex igib ruxxmata qassisin, sorijiet, religjuzi u haddiema Nazzjonalisti minn Brussel biex jivvota favurieh.

Minn naha tieghu, il-Partit Laburista jinsab ghaddej qisu mhux hu jistenna lil Gonzi jara kif se jaghmel biex ma jkomplix jiddistabilizza l-pajjiz. Ghalxejn hares dak il-fossila ta’ Fenech Adami jghid li Gonzi m’ghandhux ghalfejn joffri vot ta’ fiducja; dak ipokrita kbira, temmnuhx ghax hu stess m’ghamilx hekk meta rrizenja Alfred Sant.

GonziPN imwerwer ghax m’ghandux bizzejjed hin biex iwaddab il-hmieg kollu li akkumulat il-kabinett tieghu biex tinkisu taht it-tapit. L-infieq zejjed fuq toroq u progetti infrastrutturali li ma’ jitlestew qatt, kuntratturi li jiehdu li jridu mbasta jaghtu 10 000 euro donazzjoni lill-partit, konsulenti tal-qalba li nghataw 33 miljun euro fuq tlett snin tas-servizzi dubjuzi taghhom biex jaghtuna servizz tat-trasport zopp, power-stejxin tahdem bi fjuwil li dalwaqt jigi meqjuz bhala llegali daqs kemm ihammeg u Bieb il-Belt u Teatru Bla Saqaf li hadd ma riedu u li s’issa ma nafux min se jhallas ghalih.

Iridu nzidu wkoll l-40 miljun euro li se jkollu jaqta’ l-gvern mill-infieq tieghu. Ma qatghux mill-500 euro fil-gimgha li hadu fl-2008 meta lill-haddiem fl-istess bagit tawh ftit aktar minn centezmu. Mhux il-haddiem bhas-soltu se jbatihom bhalma dejjem gara taht GonziPN? Jekk l-ekonomija kienet tajba ghal-Gonzi u l-kabinett tieghu, ghaliex mhux ghall-haddiema li baqghu jinghataw il-loqom minkejja li diga kien ghola d-dawl u l-ilma? U tinsewx il-froga ta’ ARMS li wara li n-nies belghu l-kanna tal-kontijiet kellhom joqghodu jiehdu l-frank u jmorru f’kjuwijiet ma’ jispiccaw qatt biex wara sighat twal xi hadd jghidilhom li se jinqatghalhom id-dawl u lil hafna qattghahulhom.

Tinsewx ukoll l-oghli tal-gass u tal-petrol. GonziPN huwa l-unika gvern fid-Dinja  li jdahhal il-liberalizzazzjoni u minflok ma’ jorhsu joghlew il-prezzijiet bhal dak tal-gass li ghola b’250 fil-mija!

Ftakru wkoll li kieku kien jista’, GonziPN ma halliex id-divorzju jidhol. Dawk li qatt ma esperjenzaw, izda semghu lill-missierhom jghidu fuq id-Dnub il-Mejjet setghu jduqu ftit minn dak iz-zmien hekk kif il-PN u l-Knisja regghu nghaqdu biex jippruvaw iqajmu rixxhom kontra d-divorzju; filwaqt li l-Knisja baqghet timpika bil-qorti ma’ dak l-imsieken li sfaw abbuzati mill-qassisin li tghidx kemm ipprotegew.

U dawk il-haddiema ta’ l-Airmalta nfakkrukhom kemm weghedkom GonziPN li mhux se titnehhew mill-Kumpanija ta’ l-Ajru li halbuha amministrazzjonijiet Nazzjonalisti wahda wara l-ohra sakemm gabuhom fuq xifer il-falliment u bhas-soltu se jkollu jhallas il-haddiem li ma jahti xejn.

Dawn il-punti xtarruhom sew ghax dawn l-ahhar tlett snin u nofs, GonziPN m’ghamel xejn hlief uza l-iskuza tar-ricessjoni biex jghasar il-poplu u jimla’ butu u but hbiebu.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 11, 2012 at 9:00 am

    Li l-PN ma jkunx jista’ jġib lis-segwaċi tiegħu mill-UE f’każ ta’ elezzjoni ma nistax nifhimha għax hemm minfejn toħroġ. Jiġu għal vaganza.

    Issa qed iħambqu li l-politka hemm biex isservi u mhux tkun servut u trid tkun umli.
    Poplu għadek mgs? Qatt tinsa minn x’hiex tkun għaddejt f’ħajtek ħalli tagħmel ġudizzju sewwa. Infakkar lid-dojoq li l-Bibbja hi Ktieb tal-Ħajja u mhux biss tas-Salvazzjoni.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: