Home > Opinion > Miskin PBO!

Miskin PBO!

Għandhom raġun jinkwietaw għall-kampanja elettorali li jmiss!

Il-Ħadd li għadda, Gonzi mar ikellem lill-miġemgħa fidila Marsaxlokk qalb id-daqq tal-qniepen tal-Knisja. Ħmar u palma kien jonqsu biex joħroġ aktar ta’ feddej!

Miegħu kellu lil Schiavone u lil Delia li suppost ma ngħatawx permess jgħidu li huma kandidati tal-PN, iżda għall-partit ta’ Gonzi l-liġijiet jitgħawġu u jitgħaġġnu aktar minn biċċa għaġina.

Kien hemm ukoll Joe Saliba, Antoine Mifsud Bonniċi u Richard Muscat li għamel qassata kbira f’Radju Mediterran li kulħadd nesa bħalma kulħadd nesa li Gonzi kellu xi jgħid ma’ ta’ l-inqas ħames back-benchers u għalhekk daħal f’tant inkwiet ma’ Franco Debono.

Gonzi tant jaħseb li hu perfett li lanqas biss qatt jimmaġina li hu qiegħed jiżbalja għax kieku ma kienx ikollu daqshekk inkwiet ma’ tant back-benchers; imma bħal kull mexxej Nazzjonalista, Gonzi jqis lilu nnifsu nfallibbli aktar mill-Papa, tant li biex jivvota favur id-divorzju beża’ li jtebba’ l-kuxjenza safja li għandu, iżda biex jivvota fil-Konferenza Ġenerali favur l-istess dritt u d-drittijiet ta’ l-omosesswali, malajr ta’ ġenb il-kuxjenza bajda bajda li jgħid li għandu u l-ħtiġijiet tal-Partit malajr qabżu l-ħtiġijiet tal-fidi!

Imma nixtieq nikteb l-aktar fuq bniedem miskin ħafna li fil-laqgħa “trijunfali” ta’ Gonzi f’Marsaxlokk spiċċa ħarġuħ ta’ baħnan. Qed nirreferi għall-Pawlu Borġ Olivier.

Id-dehra ta’ Joe Saliba f’din il-laqgħa diġa kienet daqqa ta’ ħarta għall-PBO għax kienet messaġġ ċar li għandu bżonn l-għajnuna, iżda Gonzi wera’ kemm jistma lil PBO meta talab lil Austin Gatt biex imexxi l-kampanja elettorali tal-PN u jgħin lill-PBO għax miskin mhux kapaċi jagħmel biċċa xogħol li suppost hija xogħolu, waħdu!

Din il-laqgħa ma’ kienet xejn ħlief vot ta’ sfiduċja kbira f’PBO u ngħidu kif inhi, għandhom raġun għax ir-raġel inkompetenti, imma li jkollok sħabek jistmuk hekk turi kemm Gonzi jistma lin-nies tiegħu.

Għalhekk ma nieħduhiex bi kbira li jrid jeqred lil Franco Debono minn fuq wiċċ id-Dinja.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    January 10, 2012 at 9:00 am

    Pride goeth before a fall, Gonzi! M’hemmx x’tagħmel aktar u EFA qallek xi trid tagħmel.
    Vot ta’ sfiduċja fil-Parlament u jkollok issejjaħ l-elezzjoni.
    Se tagħti rebħa mdaqqsa lill-PL bi-ċuċati li wettaqt f’din il-leġislatura flimkien mal-oħrajn, iżda din kienet mimlija oxxenitajiet. The gods make mad those who they don’t want or favour.

    Goodbye dear Gonzi. God bless you with wisdom and patience. About AG, have you forgotten his very serious ministerial mistakes and incompetence……..Arriva, SmartCity, etc, etc?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: