Home > Opinion > Valuri ghall-Konvenjenza Politika

Valuri ghall-Konvenjenza Politika

L-aktar wiehed progressiv fosthom huwa dak li jara l-Madonna tibki!

Xi ftit ilu Daphne Caruana Galizia f’wahda mill-pagni taghha kitbet li tajjeb li l-PN adottata valuri godda ghax b’hekk issa jinsab ras imb’ras mal-PL fuq il-kwistjonijiet tad-divorzju u l-omosesswali. Skond Daphne l-adotazzjoni ta’ dawn l-issues mill-PN kienet biss wahda ta’ konvenjenza sabiex il-partit li tant thobb ma jkunx zvantaggjat. Dan it-tip ta’ ragunar minn persuna mimlija hdura u disprezz lejn kull min ma jaqbilx maghha jew mal-PN ma’ ccassaniex, izda tana spunt ghal dan il-kumment.

Fil-fatt, ir-ragunar ta’ Daphne jispjega ghalfejn hafna nies qed iharsu b’xettizmu kbir lejn din il-U turn tal-PN l-aktar f’materji li sa ftit ilu ma setghax ikun hemm kompromess dwarhom. Imma ghall-poter politiku, il-kompromessi jsiru ma’ kulhadd kemm ma’ Gaddafi meta kien sehibna kif ukoll max-xitan jekk dan xi darba jigi u joffri lill-PN mod kif jaccertahom li jerga jitilghu fl-elezzjoni li gejja.

Filwaqt li l-PL mill-ewwel hareg favur id-divorzju u sa waqaf ghaqda ghall-omosesswali fi hdan il-partit, il-PN li kellu membri parlamentari u diversi attivisti maghrufa fl-apert li huma omosesswali, xorta baqa’ ghamel xejn favurihom fis-seba’ snin li ilna membri ta’ l-Unjoni Ewropeja. Din it-tip t’ipokrezija tinsab biss fil-PN ghax trid tkun vera mill-aghar ma’ niesek stess meta taf li ghandek min hu omosesswali jghinek biex tirbah l-elezzjonijiet u ma taghmel xejn biex tghinu lura jirranga l-istat tieghu.

Minn naha ta’ dawn id-deputati huma pulcinelli wkoll li jahdmu ma’ Partit li jafu li se jkun difficli hafna ghalih biex jillegisla xi haga favurihom. Il-kummenti ta’ Fenech Adami li l-PN qed jaghmel zball kbir joffri xaqq ta’ dawl lill-omosesswali huwa kumment li kont nistenna minghandu ghalhekk xejn ma jien sorpriz. Fenech Adami dejjem baqa’ konsistenti fir-religio et patria; il-pinnur huwa Lawrence Gonzi ghaliex zeffen il-kuxjenza u f’daqqa wahda nesiha.

Ftakru wkoll li zeffen il-kuxjenza fil-kwistjoni tar-riproduzzjoni assistita (IVF) u minkejja li wieghed li jrid jillegisla favuriha, la biddel l-oggezzjonijiet tieghu kontra l-iffrizar ta’ l-embryos u lanqas ma’ resaq xi abboz biex dan jigi diskuss mill-parlament. Dan ifisser li fis-sitt gimghat li gejjin zgur mhux se naraw diskussjoni dwar l-IVF u dawk il-kopji li jridu jippruvawha halli jibdew familja baqghu jkantaw l-Aida.

Ftakru li t-tobba Michael Farrugia, Jean-Pierre Farrugia u Frans Agius li hadu hsieb jistudjaw l-IVF fil-kumitat tal-Parlament kollha qablu li l-aqwa cans li mara jkollha tarbija hija billi l-embryos ikunu frizati, izda Lawrence Gonzi u Joe Cassar baqghu jimblukkaw dan il-kumitat bl-iskuza qadima tal-kuxjenza u ghalhekk il-ligi baqghet imwahhla.

Dan ifisser li mhux imbilli joqghodu jiftahru kemm saru progressivi issa ghax dahhlu d-drittijiet favur l-omosesswali u accettaw id-divorzju, il-lobby konservattiv fi hdan il-PN huwa qawwi hafna u zgur li se joppona dawn l-ideat godda li jdarsu sew il-Knisja Kattolika. Infatti, dan ix-xetticizmu turieh ukoll Gabi Calleja tal-Malta Gay Rights Movement li ma tantx kienet impressjonata b’dak li qed jipproponi l-PN ghaliex dak li qalu mhuwiex car u ma jiggarantix xi avvanzi ghall-kawza ta’ l-omosesswali.

Fil-fatt, il-maggoranza tan-nies progressivi li semghu dwar it-tibdil fil-PN fil-Konferenza Generali mill-ewwel indunaw li kien tibdil ta’ konvenjenza biex il-PN ma jidholx ghall-elezzjoni li jmiss bi zvantagg, izda jekk ma mpressjonax lill-omosesswali, wisq anqas impressjona lil dawk li tghidx kemm iggieldu u hadmu biex jidhol id-divorzju.

Wara kollox, Gonzi ma missux webbes rasu u missu semgha minn dawk li fil-partit stess wissewh biex ibiddel ir-rotta u johrog favur id-divorzju qabel ir-referendum. Dan ghaliex illum kulhadd jaf ghalfejn il-PN hareg favur id-divorzju–minhabba l-voti.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    November 24, 2011 at 9:53 am

    Jien inħoss li l-gwida għandha tkun l-etika morali f’kull azzjoni umana
    Il-vot jiġi wara dil-prattika.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: