Home > Opinion > Partit Bla Principji

Partit Bla Principji

Ara xi gralu Gonzi?

Dan il-blog inbeda waqt il-kwistjoni tar-Referendum dwar id-divorzju u kien wiehed milli hadem bis-shih biex id-drittijiet tal-Maltin ikunu determinati mid-demokrazija u l-istat sekulari u mhux mis-superstizzjoni religjuza.

Irnexxielna, izda zgur mhux bl-ghajnuna tal-PN.

Qatt tinsew li n-nies involuti fil-kampanja kontra d-dhul tad-divorzju f’dan il-pajjiz kienu Nazzjonalisti tal-qalba li mexxew l-agenda tal-PN li dejjem kienet li tagevola l-Knisja u mhux l-agenda tal-poplu Malti.

Nies bhal Andre Camilleri u martu, Arthur Galea Solomone u Dun Joe Borg kienu u ghadhom nies influwenti hafna fil-PN u fil-Knisja–dawk l-individwi li jibnu l-pontijiet bejn dan il-partit u l-Kurja Maltija.

Qatt tinsew il-palata li l-PN u l-midja tat lill-Movument kontra d-Divorzju fuq il-midja u fuq il-gazzetti; u kemm ghajru lil min ma qabilx maghh0m.

Qatt tinsew il-priedtki mimlija hdura ta’ qassisin u monsinjuri li haduna lura lejn iz-zmenijiet koroh tad-Dnub il-Mejjet.

Qatt tinsew il-mobilizzazzjoni ta’ qassisin, sorijiet, religjuzi u kunsilliera Nazzjonalisti biex johorgu x-xjuh u l-morda halli jivvotaw kontra d-divorzju.

Bil-U-turn li ghamel il-PN fil-Kunsill Generali qed juri li jinteressah biss li jirbah l-elezzjoni ghaliex il-principji jibqghu principji u l-kuxjenza ma’ tinbidilx.

Hasbu li nsejna kemm qerdu bil-kuxjenza u vvotaw kontra d-divorzju fil-parlament? U issa jippretendu li nemmnu li l-kuxjenza taghhom hija safja ghax il-Kunsill tal-Partit ivvota favur id-divorzju, d-drittijiet ta’ l-omosesswali u forom ohra ta’ familji?

Mela l-kuxjenza tal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti tiddependi fuq il-partit u mhux fuq it-twemmin sangrosant Kattoliku ta’ dawn il-Membri li tant dehru nkwetati fil-Parlamentari?

Mela Gonzi ghandu d-dritt jikkmandahom jinjoraw il-kuxjenza u jaccettaw dawn ir-“realtajiet” godda tal-hajja? U dawn mhux l-istess “realtajiet” li konna qed nsostnu fuq fiz-zmien ir-referendum? Mela Gonzi aqwa minn Alla issa?

Gonzi missu jirrezenja issa ghax il-Partit qed imur kontra l-PRINCIPJI li tant qered dwarhom f’nofs il-kampanja kontra d-divorzju biex jinfluwenza n-nies jivvutaw kontra d-dhul tieghu?

JEW dak kollu li rajna ma kien xejn hlief teatrin biex jikkonvinci l-poplu li ghandu l-PRINCIPJI u mhux lest li jiksirhom?

JEW kien jaf li jekk ir-referendum jghaddi favur id-divorzju, is-sahha tal-Knisja tonqos bhas-sahha politika tieghu u dan jista’ jaffettwah hazin fl-elezzjoni li jmiss?

Hi x’inhi r-raguni, Gonzi zgur li tilef il-krittu kollha bhala xi bniedem xempju tal-PRINCIPJI KATTOLICI, tant li lest li jghawwighom u jiksirhom kif jaqbel lilu u lill-partit tieghu biex forsi jergghu jirbhu l-elezzjoni li jmiss.

ID-DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUNSILL GENERALI NAZZJONALISTA M’HUMA XEJN HLIEF L-AKBAR EZEMPJU TA’ OPPORTUNIZMU POLITIKU U TA’ NUQQAS TA’ PRINCIPJI TA’ PARTIT F’MALTA.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    November 19, 2011 at 3:01 pm

    L-apoloġija trid tkun sinċiera bħas-sogħba u mhux kosmetika. Faċli tinduna b’dan mir-riżultat aħħari. L-arroganza tfarrak is-sinċerita’ Tipprova titmejjel b’dak li jkun.

    Il-qrar ma jaħfer l-ebda nuqqas jekk ma jkunx hemm sogħba.

  2. Joe Xuereb
    November 19, 2011 at 5:47 pm

    Jien naħseb li ħafna Maltin għadhom jiffurmaw il-ħsieb ( u għalhekk, kull deċiżżjoni li jieħdu, inkluża dwar il-votazzjoni) taħt il-madmad tal-biża’ ta’ l-infern (u mhux tant it-tgawdija perpetwa fil-ġenna). Dan forsi għax kulħadd għandu esperjenza tan-nar, tanġibbli, imma t-tgawdija eterna fil-ġenna hi aktar imsaħħba oltra li wieħed ikun fil-preżenza t’Alla għall-eternita’. Big deal! Il-Kurja u l-Gvern attwali dan jafuh u qegħdin jieħdu vantaġġ mill-pożizzjoni mwegħra tal-poplu. B’hekk il-pajjiż qatt ma jista’ jimxi l-quddiem. F’dan il-każ il-agħar għadu ta’ Malta hi Malta nnifisha.

  3. Joe Xuereb
    November 19, 2011 at 5:48 pm

    Jien naħseb li ħafna Maltin għadhom jiffurmaw il-ħsieb ( għalhekk, id-deċiżżjonijiet) taħt il-madmad tal-biża’ ta’ infern (u mhux tant it-tgawdija perpetwa fil-ġenna). Dan forsi għax kulħadd għandu esperjenza tan-nar, tanġibbli, imma t-tgawdija eterna fil-ġenna hi aktar imsaħħba oltra li wieħed ikun fil-preżenza t’Alla għall-eternita’. Big deal! Il-Kurja u l-Gvern attwali dan jafuh u qegħdin jieħdu vantaġġ mill-pożizzjoni mwegħra tal-poplu. B’hekk il-pajjiż qatt ma jista’ jimxi l-quddiem. F’dan il-każ il-agħar għadu ta’ Malta hi Malta nnifisha.

  4. Joseph Cardona
    November 22, 2011 at 9:20 am

    Is-sitwazzjoni reali hi din: li għad hawn ħafna mħuħ jaħsbu b’moħħ ħaddieħor jew kawża ta’ nfatwazzjoni jew kawża ta’ nkompetenza jew għax jippreferu moħħ magħluq u ħaddieħor jaġixxi għalihom. Kull sitwazzjoni hi żbaljata, iżda diffiċli li tirranġaha minħabba dak li jissejjaħ meżmeriżmu. Aqraw aktar dan x’ikun taħt Dr Mesmer jew mesmerism.

  5. Joe Xuereb
    November 22, 2011 at 11:15 am

    Sur Cardona, eżempju jixgħel ta’ dak li qiegħed tgħid – u dan mhux f’Malta biss – hu meta n-nies jaraw il-ħares. Dan għalihom ifisser li wara l-mewt xi ħaġa hemm. Insomma, diċerija li tbella’ r-ross bil-labra lit-‘tfal’ adulti biex tikkontrollhom. Interessanti li l-biċċa kbira tan-nies li jemmnu fl-eternita’ tar-ruħ ma jarawx ħarsijiet. Dawk li jaraw huma nies aktar suxxettibbli mill-oħrajn. Minn hawn il-quddiem it-tama għal dawn hu l-psikjatra. Ċerti nies jaraw dak li jridu jaraw għax jaqblilhom. It-twegħid ta’ ħajja eterna, bilqegħda fuq in-naħa tal-lemin tal-krejatur bl-anġli għarwenin sa’ fejn tara għall dejjem ta’ dejjem, din il-promessa banali għandha prezz wisq għali. L-istejjer tal-ħares fi tfuliti kien parti mill-kultura Maltija. Hekk trabbejna. Hekk indottrinawna. Ommi l-ewwel waħda, vittma tas-sistema. Għalkemm kienet tgħidilna wkoll, ibżgħu mill-ħajjin mhux mill-mejtin.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: