Home > Opinion > 7 in 1 jew ir-Riforma tar-Riforma tar-Riforma!

7 in 1 jew ir-Riforma tar-Riforma tar-Riforma!

Spara f'siequ u tielf l-ammunition Austin Gatt bl-Arriva.

Jekk kien hawn ezempju kbir ta’ kemm tilfu l-boxxla n-Nazzjonalisti zgur li kienet il-farsa tragika tat-trasport pubbliku li ghadha ghaddejja wara hames xhur shah!

Mela f’Lulju li ghadda qalb l-eqqel tas-shana u ta’ l-istagun turistiku, il-brillanti Tsar Nazzjonalist Austin Gatt assigurana li r-riforma tat-trasport pubbliku kienet se tittrasforma t-trasport fuq l-art u tnessina d-dwejjaq tal-karozzi tal-linja qodma u jcaqqcu ta’ qabel.

Sa mela n-NET b’spots qosra jghidulna kemm hu fantastiku s-servizz ta’ l-Arriva meta fl-istess hin, kull min kien qed jipprova jaqbad karozza tal-linja tghidx kemm kien qed iselli jew jidghi b’Austin Gatt u l-Pantejon kollu Nazzjonalista tal-kalvarju ta’ stennija kiefra f’xemx tizreg; filwaqt li t-turisti spiccaw jaghmlu l-krema ta’ kontra x-xemx mhux ghal bahar, imma ghal fuq l-istejgis li lanqas ilqugh kontra x-xemx ma’ kellhom.

Wahhlu fix-xufiera li ma marrulhomx l-Arriva meta tghidx kemm ftahru li kienu applikaw eluf biex jahdmu maghhom, filwaqt li Austin Gatt ma setax jifhem kif il-poplu njorant Malti ma fehemx ir-rotot brillanti li hareg bihom il-mohh t’intelligenza bla qies ta’ Manuel Delia … u 400 000 ewro ohra mohlija ghand konsulenti tal-qalba mlaqqa’ ghand Georg Sapiano!

Wara l-ewwel gimghatejn bdew l-hekk imsejha “riformi” fir-rotot jew taqlib li aktar kompla hawwad in-nies li diga kienu mgerfxin b’karozzi li ma kienux jafu n-numri taghhom xi jfissru (ghax l-ghorrief ta’ konsulenti hallew l-Arriva jbiddluhom) u tgerfix biex ix-xufier isib in-nolijiet u fl-istess hin jispjega r-rotta u ftit wara n-nies isibu li kienet ix-xarabank hazina u erhilha jergghu jinzlu.

Min-naha l-ohra, in-nies ma setghux jibqghu jmorru x-xoghol tard u dawk li kellhom karozza u ma tantx kienu juzawha bdew ikollhom johorguha u b’hekk n-numru ta’ karozzi flok naqas zdied b’eluf li kien falliment iehor tar-riforma ta’ Austin Gatt.

X’tikkontrollha t-traffiku u t-tniggiz!

Xarabanks enormi li kienu jehlu Londra gabuhom hawn Malta biex jghaddu minn toroq b’ipparkjar fuq kull naha u kif jispiccaw quddiem xulxin, m’ghandekx cans li t-traffik seta’ jiccaqlaq.

Insomma dizastru shih u kif l-ewwel tibdil ta’ rotot ma’ hadimx, Austin Gatt li sa dan il-hin lanqas seta’ jifhem ghalfejn studenta taghtu tghajjirha ghax ma hassux risponsabbli tal-qassata tat-trasport pubbliku, rega hareg b’tibdil gdid … u nsomma tafu kemm-il darba biddel ir-rotot sakemm spicca mar lura ghar-rotot li kellhom ix-xarabanks il-qodma u rega’ dahhal ir-rotot diretti ghall-isptar u l-Universita’ minn kullimkien.

Iva, kien hemm xi hadd li ma rahiex ovvja li jekk dawk iz-zewg rotot krucjali kienu se jitnehhew kienu se joholqu problemi kbar?

Heq, milli jidher Austin Gatt u Manuel Delia tant huma bravi li l-ovvju ma rawhx u kellhom jghaddu sitt xhur biex daru dawra mejt u introducewhom. Ara kemm huma nies tan-n**k!

Mela ahna ridna trasport pubbliku bie noqghodu naghmluha ta’ turisti u nduru nofs Malta bhalma qalilna l-editur gharef tal-Malta Indipendent? Ahna ridna trasport tajjeb biex naslu x-xoghol u ghall-appuntamenti ta’ l-isptar u ghal-lekcers fil-hin!

U biex Gatt bezzaqha u qalilna li l-froga kienet it-tort tieghu, kellu joghrku wahda wiehed minn tieghu stess, Franco Debono ghax kieku nini nini kien japologizza. Lanqas li ma nafux li wiccu u s***u l-istess.

Imbaghad kellna l-farsa akbar fil-parlament fejn dan Gatt l-ewwel qalilna li jekk il-vot tas-sfiducja fih tghaddi permezz ta’ lis-speaker jirrezenja u xorta ma rrezenjax; u Gonzi li tghidx kemm kien ilu jwerzaq li ghandu fiducja fih malajr urieh il-fiducja billi ghamel “taskforce” u lanqas biss inkludieh fiha. U x’kienet l-ewwel azzjoni ta’ din it-“taskforce” brillanti?

Li x-xarabanks ta’ l-Arriva ghandhom jinghataw prijorita’ fit-traffiku filghodu.

Dan kif se jaghmluh billi ma jhallux il-karozzi privati jimxu?

M’ghandhomx problema ghax filghodu bil-kemm ikunu mexjin bit-twahhil li jkun hemm fit-toroq specjalment kif jaslu zewg xarabanks ta’ l-Arriva minn direzzjonijiet opposti.

Jidher car li Gonzi se jaghmel success fil-kwistjoni tat-trasport daqs kemm ghamel meta ha l-MEPA taht idejh!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: