Home > Features, Opinion > L-Istilel ta’ Gonzi (It-Tieni Parti)

L-Istilel ta’ Gonzi (It-Tieni Parti)

Ghall-Ministri Nazzjonalisti l-fondi pubblici huma mezz ta' kif jithanzru!

Giovanna Debono – Ministru t’Ghawdex

Omm l-Ghawdxin Nazzjonalisti kollha li xtaqet li kieku l-MEPA fottiet Hondoq ir-Rummien halli l-Ghawdxin ikollhom aktar gid f’art u bini; qisu m’ghandhomx bizzejjed.

Il-Ministru t’Ghawdex tnat hi up to date fuq il-gzira ta’ tlett gholjiet li lanqas kienet taf bl-isfregju li ghamel il-film-set ta’ Game of Thrones fuq id-Dwejra. Min jaf ghax forsi ma’ kellux x’jaqsam mal-bini u l-ispekulazzjoni.

Tibqa’ mfakkra ghal mod kif sfidat lil GonziPN fl-2008 meta ried inehhiha minn Ministru t’Ghawdex u qaltlu nini nini. Bla dubju l-aktar ministru nepotistika fil-kabinett kollu.

Giovanna tqis lil Ghawdex bhala speci ta' fewdu u Allahares xi hadd minn Malta jipprova jmissilha xi haga ghalhekk kollox miexi fuq ir-rubini fil-gzira tat-tlett gholjiet.

Carmelo Mifsud Bonnici—Ministru tal-Gustizzja

L-ewwelnett nixtiequlu fejqan ta’ malajr, izda xorta jibqa’ maghruf bhala l-aktar ministru rieqed fil-kabinett Nazzjonalista li tahtu l-habs baqa’ centru tad-drogi u l-qorti makkinarju biex jinhelsu l-kriminali, sakemm ma jkunx il-habs stess li jehles lil xi hadd bhall-Pips li skonta biss nofs is-sentenza. Min jaf forsi il-Ministru jaghtih xi job inaddaflu t-toilet wara li l-Imniehru kien inaddaflu l-ufficju u dan qal li ma jaf b’xejn!

Mhemmx ghalfejn nikkummentaw!

George Pullicino—Ministru ta’ l-Affarijiet Rurali

Wara l-ahhar elezzjoni, dan diga kien beda b’vot ta’ sfiducja wara li GonziPN nehhielu l-MEPA minn taht idejh l-aktar wara li rrizenja l-bord tal-MEPA minhabba l-kummiedja tal-bikkej Jeffrey Pullicino Orlando u l-Mistra. Dan gara wara li taht it-tmexxija ta’ George Pullicino nstab li d-deputata chairperson tal-MEPA, l-perit Catherine Galea kienet il-perit tac-Caqnu—dak li jidhol fl-ufficji tal-MEPA u jibda’ jidghi bil-Madonna jekk ma jaghtuhx li jrid.

Ma’ dan iridu nsemmu l-espanzjoni ta’ l-ODZ fejn George flimkien ma’ GonziPN irregalaw lill-izviluppaturi taghhom medda daqs is-Siggiewi li suppost li kienet protetta mill-izvilupp qabel l-elezzjoni li ghaddiet.

Jaghmilha ta’ minn taghna u ta’ tifel komuni, imma meta kellu l-MEPA taht idejh hawwad aktar mill-ministri kollha f’daqqa. Jibqa’ mfakkar ghar-rabja li qabditu meta xi hadd ghajru li hu aghar mill-Lorry Sant!

George Pullicino - wiehed mill-muturi ta' l-ispekulazzjoni f'gziritna.

Tonio Fenech – Ministru tal-Finanzi

Il-Golden Boy ta’ GonziPN li determinat li jaghmlilna hajjitna mizerja. Ma waqafx jgholli l-ilma, id-dawl, il-petrol u l-gass. Il-liberalizzahhom u minflok bhal f’pajjizi ohra rahsu, gholew m’ghola s-sema.

Partitarju kbir ta’ l-Arsenal u shabu n-negozjanti l-kbar Maltin ihennu ghalih u jiehduh maghhom fuq il-jet biex jarahom l-Ingilterra u senza interessi!

Mhemmx xi nghidu, ma jara l-ebda kunflitt t’interess li jsiefer b’xejn ma’ l-akbar negozjanti Maltin, l-aqwa li jaghmilha ta’ qaddis u jitkaza bid-divorzjati.

Diehel u hiereg f’kwistjonijiet ghax min ghalih jista’ jaghmel li jrid u meta jikkritikah xi hadd, jixlieh li qed jaqbdu mieghu bhat-tfal iz-zghar. Bhal kull habib ta’ GonziPN mhu kontabbli ghal xejn. La ghall-hnizrijiet tal-BWSC, la tat-tahwid ma’ l-ahwa Montebello u lanqas ghall-ugiegh ta’ dar il-fattiga tieghu li miskina ma thallasx VAT. Imma miskin bhal kull Gonzi stess u kull ministru tieghu, jinheba wara l-injoranza … li ma kienx jaf b’dan. Espert biex jahfer il-VAT li min jevitaha u devot kbir tal-Madonna, tant li tkellmu u jara tibki ghal dak li naghmlu ahna.

Possibilment qatt ma ra tolfoq ghal dak li jaghmel hu?

Mhemmx dubju li hu l-aktar membru parlamentari ipokrita fil-kabinett ta’ Gonzi!

Tonio Fenech fan kbir ta' l-Arsenal u l-Madonna u jibki maghhom meta jwegghu!

Austin Gatt—Ministru ta’ l-Infrastruttura, trasport u kommunikazzjoni

Fl-infrastruttura bqajna bl-aghar toroq fl-Ewropa, fit-trasport fottiena bl-Arriva u esperta tal-kommunikazzjoni specjalment biex jghajjar u joffendi.

Da’ l-ahhar skoprejna li hu religjuz hafna wkoll ghaliex hareg b’ruhu u gismu kontra d-divorzju. Forsi qed jisfida lil Tonio Fenech ghall-ipokreizja?

Bla dubju l-aktar ministru li jhobb jidhak ghall-mizerja tal-poplu!

Ministru li jhaddem nies li m’ghandhom l-ebda kunflitt t’interess f’dak li jaghmlu bhal Tranter, Mizzi u Grech, li jhobb jirkeb il-karozzi tal-linja ta’ l-Arriva imma issa m’ghadux u li jhobb jghajjar lil kulhadd injorant ghax hu biss bravu.

Austin Gatt jibqa’ mfakkar ghal 4 miljun Ewro li ta’ lil Joe Mizzi talli talab lil tal-BWSC jaghmlulna pjacir jibnulna turbina gdida tal-power stejxin u tal-bicca spekulazzjoni ta’ l-art imsejha Smart City li kien jiehu hsiebha Claudio Grech li wara dahal jahdem mal-MITA. Alla jbierek din tahzen it-taghrif dwar kull min jahdem mal-gvern u mezzi biex tkun taf x’inhuma jaghmlu fil-kompjuters taghhom, imma bilhaqq dan m’ghandu l-ebda kunflitt t’interess lanqas minkejja li hu qrib hafna tal-PN u facilment jista’ jghaddi dan it-taghrif lill-gvern.

Ma rridux ninsew ukoll il-frejjeg kbar li ghamel dan il-bully politiku, l-aktar fil-kwistjoni ta’ l-ARMS fejn irnexxielu jsallab il-poplu Malti b’immaniggjar oxxen tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma; u ta’ l-ARRIVA fejn qazzes lil kulhadd jghid kemm se jkollna servizz tajjeb u mhux talli sallab il-poplu Malti, imma sallab il-barranin u t-turisti wkoll. U bilhaqq ma nistghux ma niftakrux li ghamel minn kollox biex ma jigix investigat Joe Mizzi ta’ l-erba’ miljun ewro. Min jaf x’ghandu x’jahbi eh?

Gatt spara wahda tajba f'siequ meta tant ftahar li l-Arriva kienu se jittrasformaw it-trasport pubbliku f'Malta u spicca ghamel froga ohra. Min jaf kemm irrabbja Gonzi?

Ara fuq l-Arriva, malajr nehha l-ksuhat u d-dardir l-ghandu ghax la hu u lanqas dak l-opportunist ta’ Manwel Delia m’ghadhom jidhru biex jiddefendu l-qassata ta’ l-Arriva li ghamlu huma.

Bla dubju ta’ xejn, Austin Gatt jibqa’ l-aktar ministru religjuz u qalbu tajba, li jhobb il-proxxmu u li jhoss ghall-poplu Malti. Mhux ta’ b’xejn li qal li sa jirtira wara din il-legislatura. Min se jkun irid jivvotawlu wara li qazzes lil kulhadd anke lin-nies tieghu stess?

Ahna tal-Mazzun nghiduhielu bl-Ingliz: Good riddance to bad rubbish!

Advertisements
  1. September 8, 2011 at 11:07 am

    Nifhem li KULĦADD jaqbel miegħi li ĦADD ma jagħmel xi ħaġa BLA SKOP; imbagħad il-politiċi!. L-interessi personali jissuperaw dak patrijottiku

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: