Home > Opinion > L-Istillel ta’ Gonzi

L-Istillel ta’ Gonzi

Skond Gonzi ma' kellux minn jaf jaghzel fl-ahhar elezzjoni. Possibilment wahda mill-ftit affarijiet sincera li qal.

Ma kenitx diskursata li kellu Gonzi ma’ Molly Bordanaro dwar il-faqar tal-kabinett tieghu u sa certu punt nissimpattizzaw mieghu hlief ghal fatt li il-kabinett fqir ghandu mexxej dghajjef jiehu hsiebu li hela legislatura shiha jibbilancja l-interessi taghhom u ma’ dak tal-partit u halla lill-pajjizna taqa’ bicciet.

Ghalhekk iddecidejna li naghtu harsa lejn l-istillel ta’ Gonzi; il-Ministri tieghu li hlief ghafgu u gerfxu m’ghamlux, u biex ma ninsewx ukoll–lesti jfottu l-assi tal-pajjiz imbasta tal-gewwa jgawdu u ta’ gewwa mhumiex hbieb biss, imma t-tfal, l-ahwa, z-zijiet … insomma gvern ta’ omerta’ shiha li ma jafx x’inhuma l-kliem meritokrazija u kontabilita’. 

Tonio Borg – Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin

Jibqa’ mfakkar ghal mod kif ried li jdahhal emenda kontra l-abort meta f’Malta m’ghandniex abort u hadd ma jaqbel mieghu.

Qassisu kbir u wiehed mill-horox kontra d-divorzju u favur il-Knisja. Il-poplu ftit li xejn jaf x’jaghmel dan il-Ministru ghax anke fil-kwistjoni tal-Libja li bhala ministru ta’ l-affarijiet barranin kellu jkun protagonist ewlieni, spicca l-art u seraqlu l-limelight is-sur GonziPN. Nghiduha kif inhi Gonzi ghandu bzonn ftit exposure posittiv fl-ahbarijiet ghax ma tistax tigieh wahda tajba.

Ghax tghid dan Tonio Borg dejjem jidher qisu ma jafx x'laqtu!

Cassar Joseph – Ministru tas-Sahha

Tela’ bit-tilqit minn fuq H’Attard u xoghlu proprja ta’ psikjatra. Min jaf x’xalata ghandu jistudjaw lil shabu minn xi megalomanjaku bhal Austin Gatt sa xi semplici bhal Edwin Vassallo!

Seraq il-post ta’ Ministru minn MPs ferm aktar kwotati u kapaci minnu bhal Jean Pierre Farrugia u Michael Gonzi ; izda il-hila tremenda tieghu li jilghaq bl-ilsien daqs ta’ kalamajonte lil GonziPN u jidher f’kull ritratt mieghu jitbissem hija kbira u halliet il-frott ghax malajr ghamlu ministru wara l-elezzjoni li ghaddiet.

Wiret il-ministeru minghand Louis Deguara wara li dan ghamel qassata u froga f’daqqa b’Mater Dei (li sal-lum ghadna ma nafu xejn fejn marru l-flus zejda li ntefqu flusu u nies bhat-tabib Frank Portelli ghalqu halqhom), u espert biex jikkontradixxi lilu nnifsu.

Cassar kien beda l-legislatura tieghu billi qal li jrid jidecentralizza s-sistema tas-sahha sabiex inaqqas in-nies li jmorru Mater Dei. Dan wara li qabel l-elezzjoni tal-2008 GonziPN xeba’ jghid lil kulhadd biex izur l-isptar li fethu f’eghluq sninu halli jarawh u juzaw is-servizzi “inkredibbli” tieghu. Kwazi tlett snin wara, is-servizz ghadu bazwi u biex jitfa’ l-melh fil-gerha, wara l-elezzjoni ghalaq ic-centri tas-sahha li kienu jifthu bil-lejl u smajna li dalwaqt jaghlaq ta’ Birkirkara.

Allura jekk qed ikompli jaghlaq dawn ic-centri, fejn iridhom imorru n-nies jekk mhux Mater Dei?

Jibqa’ maghruf ghall-waiting lists ma jispiccaw qatt li baqghu jitwalu tahtu u ghall-intervista li fiha qal li s-sistema tas-sahha mhiex sostenibbli u xi darba jridu jidhlu l-hlasijiet … izda mhux f’din il-legislatura.

Allura dan ifisser li GonziPN se jdahhlu l-hlasijiet ghas-servizz tas-sahha wara l-elezzjoni li jmiss?

Anke Claudette Pace telqitu. Dik malajr taghraf vapur qed jeghreq u ma tridx li tasal l-elezzjoni u tkun ghadha ma' Ministru Nazzjonalist. Kulhadd jaf kemm hi opportunista!

Dolores Cristina – Ministru ta’ l-Edukazzjoni u tal-Politika Socjali

Tibqa’ maghrufa ghan-nepotizmu minghajr misthija li tahdem bih u kif timpjega lil kull min jigi minnha maghha, it-tifel u l-gharusa tieghu; zijiet, kugini u nanniet.

Imma l-akbar kanna bellghatha lill-istudenti Maltin wara li fottietilhom sentejn ta’ programmi ta’ l-EU u wahhlet f’kulhadd hlief f’binha. Tahsbux li min gerrfex dawn il-programmi laqqghatha. Ma tarawx. Mela hemm xi hadd li jahdem ma’ GonziPN li hu kontabbli t’eghmilu?

Minflok kecciet lis-segretarju permanenti Chris Bezzina li kien ilu ftit wisq fil-kariga biex ikun jaf bit-tgerfix li ghamel binha u Marjo Parascandolo.  Lil dawn it-tnejn taghthom zewg jobs ohra bl-eghruq u x-xniexel li juri li jekk taht GonziPN jekk tfotti xi haga u tkun tal-qalba tinghata xi haga ohra xi tfotti!

Cristina wkoll uriet kemm hi opportunista meta l-ewwel harget qatta’ bla habel kontra d-divorzju u vvotat kontrieh, imma kif indunat li hafna mill-votanti taghha gejjin minn distretti favur id-divorzju, malajr qalbet il-vot ghal favur.

Ta’ principju l-mara, eh?

Fl-edukazzjoni trid tbellghahha lil kulhadd li b’gradi 6 u 7 fil-MATSEC xorta tista’ tghaddi u tidhol f’korsijiet post-sekondarji meta kulhadd jaf li b’dawn il-gradi ma taghmel xejn, imma jidhru sbieh fl-istatistika biex juru kemm il-gvern qed jirnexxi fl-edukazzjoni.

Minn ftit ricerka li ghamilna sibna li f’istituzzjonijiet bhall-MCAST u l-ITS tidhol biss taghmel foundation course jekk ikollok gradi taht il-5; u jekk tghaddi minn dan, forsi tkun tista’ tinghaqad ma’ xi kors ta’ dawn l-istituzzjonijiet.

Dolores Cristina ministru li jahseb ghal min jigu minnu u lesta ssallab lil min jahdem maghha. Staqsu lil Chris Bezzina.

(Jissokta)

Advertisements
  1. Ramon Casha
    September 7, 2011 at 5:25 am

    Tiqafx hemm 🙂

  2. GiovDeMartino
    September 7, 2011 at 2:47 pm

    Anqas irrid nemmen li b’erba’ ministri injoranti bhal dawn ghandu jkun haw dan il-gid u din il-prosperita kollha fuq din il-bicca skoll f’nofs ta’ bahar. Ghadna kif qrajna li l-Ingilterra il-Back to School” tfisser li l-genituri se jkoll;hom ikissru l-bank.

    • September 7, 2011 at 3:29 pm

      Qed tghix fil-qamar sieheb. Ma rajtx kif naqsulna r-rata l-Moody’s. Dawn mhux il-Labour ta’. Certifikat li kollu propaganda ta’ siehbek Gonzi din ta’ l-ekonomija soda … daqs il-par idejn soda!

  3. Id-dudu
    September 7, 2011 at 3:31 pm

    Ghalik jidher li hemm prosperita’ ghax il-hin kollu taqbez ghall-gvern, imma mhux kulhadd tal-qalba bhalek.

  4. GiovDeMartino
    September 7, 2011 at 6:31 pm

    Jien x’jimpurtani mill-gideb tal-Moody. Xorta ghadhom qed jinhargu 33 karozza kujum, xorta eluf ta’ Maltin ghadhom isiefru, xorta eluf ta’ Maltin spiss jieklu barra u l-postijiet tad-divertiment dejjem mimlija, xorta l-maggoranza tal-Maltin jghixu fi djar lussuzi bil-bzonnijiet moderni kollha, xorta l-Maltin jikkontribwixxu miljuni ta’ ewro kull sena daqqa ghal haga u daqqa ghal ohra, xorta l-Maltin baqghu jieklu, jixorbu, ipejpu, jitlahalhu, jaghmlu difrejhom, imorru ghand il-hairdresser, jehxienu u jmorru ghand in-nutritionist ha jirqaqu.
    NISFIDAKOM TICHDU KELMA WAHDA MILLI KTIBT Ha jparla Moody.

  5. September 7, 2011 at 8:50 pm

    Siehbi tajjeb int, tajjeb kulhadd! U nisfida kollox li ghedt ghax f’Malta hawn 450 000 ruh u jekk 100 000 johorgu jieklu s-Sibt u l-Hadd, xorta jibqa’ 350 000 li ma jmorrux. L-istatistika nibbazawha fuq li tara int b’ghajnejk u fuq li tisma’ fuq in-NET u tara fuq in-Nazzjon. Il-fatt li kulhadd ghandu 40 000 euro dejn imdendlin fuq rasu ma tinkwetakx u li qed inhallsu ‘l fuq minn nofs miljun euro kuljum bhala debt servicing u ha jparla l-Moody ghax l-unika oraklu li jezisti ghalik huwa Gonzi u l-PN. Hallina nghixu xbin!

  6. GiovDeMartino
    September 7, 2011 at 9:03 pm

    Ghalija jezisti oraklu wiehed: Ghajnejja.Biex ma nirrepetix nistednek terga’ taghti daqqa t’ghajn lejn dak li ktibt aktar ‘il fuq.,. Infakkret li Malta mhux karozza ghal kull familja haw, imma kwazi karozza ghal ull bniedem over 18.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: