Home > News > Biex tiskonġra trid tkun pur: Mintoff, KMB, Gonzi u anke EFA ma’ Gaddafi

Biex tiskonġra trid tkun pur: Mintoff, KMB, Gonzi u anke EFA ma’ Gaddafi

Eddie Fenech Adami jgħannaq lil Muammar Gaddafi waqt żjara fil-Libja fl-2008 meta kien President ta' Malta. Jekk trid tara iktar ritratt uffiċjali taż-żjara mur hawn: http://www.doi.gov.mt/en/press_releases/2008/07/jamahariya.asp

Aħna tal-Mazzun diġa’ konna ppubblikajna ritratti ta’ mexxejja Maltin li kellhom relazzjoni mill-qrib ma’ Muammar Gaddafi xi żmien matul it-42 sena li dan kien jaħkem il-Libja. Ġibna lil Mintoff u lil Gonzi. Jiġifieri kulħadd għandu xi jxomm taħt idejh u ma nkomplux b’dil-vavata ta’ akkużi bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jakkużaw lil xulxin min kien l-iktar qrib ta’ Gaddafi.

Jekk Mintoff kien jistieden lil Gaddafi jitkellem fil-meetings tas-Soċjalisti f’Malta, kien l-istess Gaddafi li bgħat il-gunboats kontra t-tħaffir taż-żejt minn Malta u ma rrispettax is-sentenzi tal-qrati internazzjonali favur Malta. U kien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fl-2004 li ta l-onorefiċjenzi lil Gaddafi. U kif qed naraw fir-ritratt hawn fuq, kien Eddie Fenech Adami bħala President ta’ Malta li mar jitgħannaq ma’ Gaddafi f’Lulju tal-2008. U kien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li tgħannaq ma’ Gaddafi ftit xhur biss qabel bdiet ir-rivoluzzjoni fil-Libja fi Frar li għadda u stieden lil Gaddafi jżur Malta din is-sena stess!

U huwa sigriet magħruf li esponenti kbar tal-PN għandhom interessi ekonomiċi kbar fil-Libja li bdew żmien Gaddafi. Wieħed minnhom huwa l-eks ministru u llum kummissarju Ewropew John Dalli!

Jiġifieri aħjar naqtugħha.

Advertisements
Categories: News Tags: , , , , , , , ,
  1. il-vopa
    August 30, 2011 at 11:52 am

    Sa issa inthom tal Mazzun qed tghatuna bicca mill istorja nieqsa u ghadkhom ma urejtunhiex ritratt ta Joe Muscat kap tal PL u l’AST is-segretarju internazzjonali ( li George Vella qatt ma jhalli jitkellem ) jitbewsu Tripli. Jekk trid jien ghandhi dan ir-ritratt u nghaddhiulekk bil-qalb, biex inkunu ghaqadna is-sett kif imiss.

  2. August 30, 2011 at 8:08 pm

    Jekk għandek ir-ritratt għaddihulna ħa nippubblikawh!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: