Home > Opinion > L-Arċisqof irid jiddeċiedi!

L-Arċisqof irid jiddeċiedi!

Dan lanqas ried lit-tfal tal-fqar jidhlu fl-iskejjel tal-Knisja, ahseb u ara kemm xtaq li jidhol id-divorzju!

Diga bdejna, Alla jbierek, infahhru lill-Arcisqof talli kien onest u umli fil-mod kif ittratta l-kwistjoni ta’ l-abbuz tat-tfal mill-qassisin Maltin. Dawk li ma jaraw xejn hazin fil-Knisja Maltija diga nsew kemm damet tkarkar saqajha l-Knisja Maltija biex tiehu azzjoni kontra  il-mostri  pedofili li ghandha u ghad ghandha fi hdana.

Nistghu nafdaw il-Knisja bit-tfal taghna issa? X’qed isir biex jigi ezaminat l-operat taghha f’monasteri, abatiji u orfanatrofji ohra? Rajna xi attentat mill-Knisja biex tiftah il-bibien sabiex il-pulizija tkun tista’ tinvestiga l-operat taghha?

Ftakru li hadd mill-hafna oqbra mbajda li ghandna mas-saqajn ma tkazaw li qassisin li suppost jghixu hajja ezemplari wzaw l-ghodda moqzieza ta’ l-avukati kriminali biex ikomplu jkissru lil dawk l-individwi li tghidx kemm ghamlulhom hsara. Ftakru li d-difiza ewlenija ta’ dawk il-mostri pedofili kienet li johorgu l-vittmi taghhom ta’ gidibin u mgienen. Ma kienx bizzejjed li ghamlu eghxieren ta’ snin ibabbsuhom u jassaltawhom sesswalment, u hadd minnhom ma hareg jghid li jiddispjacieh jew li nidem minn dak li ghamel. Ara lilna rriduna li ghal kull haga ta’ xejn immorru nqerru ghandhom, nghidulhom l-aktar aspetti ntimi u sigrieti taghna , u bl-arroganza kollha jaghtuna l-assoluzjoni u l-mahfra.

U niskantaw kif il-verdett tal-qorti kontra dawk il-qassisin moqzieza hareg ftit wara li ntrebah ir-referendum li fih il-Knisja hadet falza stikka ohra, l-aktar ghal mod arroganti li bih imxew certa qassisin bhal Anton Gouder u Arthur Said Pullicino. Dawn kien minghalihom li ghadhom jghixu fiz-zmien Gonzi fejn in-nies kienu jinzlu gharkubbtejhom ibusulhom ic-crieket qishom xi nobbli u Allahares kellek xi tghid ma’ xi wiehed minnhom ghax malajr jibghatek il-manikomju. Kien zmien li jekk ma taqbilx maghhom u mas-shabhom tal-PN kont tispicca bit-tikketta, mkecci minn xogholhok , diskriminat u fl-ahhar interdettjat u midfun fil-mizbla.

U zgur li Gouder u dawk il-qatta’ nejjin, lghaqa tal-gvern li jieklu b’hames t’ihluq u li mexxew il-movument kontra d-divorzju jghidu li kienu sorprizi li d-divorzju ghadda, ghaliex dawn hasbu li ghadhom iggranfati ma’ l-imhuh tan-nies.

Qatt tinsew  ukoll li Gouder kien wiehed mill-arkittetti tal-muvument kontra d-divorzju u kontra li l-iskejjel tal-Knisja jinfethu ghal kulhadd kif ried il-Gvern Laburista. Kien strumentali biex jimmobilizza n-nies kontra l-Partit Laburista u biex igieghel l-MUT johorgu bis-strike.

Illum nafu xi jsarraf ghax ghandna membru parlamentari Nazzjonalist Philip Mifsud li qal l-Knisja missha testendi l-apologija li ghamlet lil dawk it-tfal li kienu abbuzati mill-qassisin lil dawk it-tfal li qaghadu ghall-ezami tad-dhul ghall-iskejjel tal-Knisja ghalxejn ghaliex il-postijiet diga kienu okkupati mit-tfal tal-hbieb tal-hbieb u dawk li hallsuhom waqt li nzamm l-ezami. Ftakru li dan mhux jghidu xi Laburist li jobghod il-Knisja, izda membru ta’ partit li sal-lum ghadu kontra d-divorzju.

Gouder ried li l-iskejjel tal-Knisja jibqghu elitisti u fabbriki ta’ membri parlamentari Nazzjonalisti bhalma baqa’ l-Kullegg ta’  San Alwigi; ried li tifel ta’ haddiem jew xi hadd fqir intelligenti ma jkollux cans imur skola tal-Knisja ghax ma jistax ihallas u l-gvern tal-PN ceda ghaliex minkejja li llum ma jhallsux mizata, kulhadd ihallas donazzjoni u Allahares ma thallassiex ghax malajr tara ismek fuq xi notice-board biex iwaqqghuk ghac-cajt quddiem it-tfal u l-ghalliema kollha ta’ l-iskola, u jkollok thallas bilfors.

U issa li l-ezami ta’ l-11+ ghadda min jaf x’xalata ghandu Gouder jaghzel u jdahhal lil min irid hu aktar minn qatt qabel minghajr l-icken hjiel ta’ kontabilita’.

Il-Knisja Maltija tinsab f’salib it-toroq u bhas-soltu ma tantx jidher li trid taqbad it-triq it-tajba ghaliex l-Arcisqof ma jistax jibqa’ mdawwar b’dawk l-erba’ mhuh xjuh fossilizzati li misshom ilhom li ntbaghtu l-ingiret u xi zewg qassisin ohra li aktar posthom fl-ezekuttiv tal-PN milli fil-Kurja.

Qabel ma jehles minn dan l-irmixk li zgur li m’ghandhomx it-tfal tal-fqar u l-imsieken ghal qalbhom, izda l-glorja personali u poter politiku taghhom u tal-Knisja, l-Arcisqof mhux se jirnexxielu jmexxi ‘l quddiem imagni ta’ Knisja gdida msoffija mill-hnizrijiet li ghamlet u li ghadha tahbi!

 

Advertisements
  1. Mario Borg
    August 28, 2011 at 10:52 pm

    Il-Knisja hija istituzzjoni finanzjarja. L-ewwel alla veru taghha huma l-flus u l-poter. Ghall-mexxeja taghha, Alla, sidna Gesu Kristu, sitna Marija u l-qaddisin l-ohra kollha huma biss mezz konvenjenti ta’ kif jaslu ghall-ewwel ghan taghhom.

    • Mario Camilleri
      August 29, 2011 at 12:09 pm

      Prosit Mario naqbel mieghek 100% jien frazi wahda nuza ghatu kollox u imxu warajja imma jien nistaqsi kemm minnhom jimxu veru wara it-taghlim ta kristu????

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: