Home > News, Opinion > Fallew x’imkien ieħor u ġabuhom l-Air Malta!

Fallew x’imkien ieħor u ġabuhom l-Air Malta!

Ernst Funk (lemin), f'ritratt rari tiegħu meta kien Kap Eżekuttiv tal-Air Malta bejn l-2002 u l-2006. Ġie l-Air Malta wara l-falliment tal-iSwiss Air Group. L-istess kif għamel Peter Davies, Kap Eżekuttiv tal-Air Malta llum, li l-ex kumpanija tiegħu falliet ukoll!

Il-kumpanija ta’ l-ajru Air Southwest, li Peter Davies, illum Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, kien imexxi sa ftit xhur ilu, falliet. Se tieqaf topera f’Settembru wara li ltaqgħet ma’ diffikultajiet. Dan tħabbar mill-BBC kif rappurtat fil-MaltaToday. Tajjeb li niftakru li Davies mhux l-ewwel CEO barrani ta’ l-Air Malta li ġej minn kumpanija ta’ l-ajru falluta!

Jiġifieri l-Air Malta qed tħallas pakkett salarjali ta’ mijiet ta’ eluf ta’ euro lil bniedem li l-aħħar impjieg tiegħu kien ma’ kumpanija ta’ l-ajru oħra li falliet?

Dan hu li qed imexxi lill-Air Malta flok “ċuċ Malti” kif qal il-ministru responsabbli mill-Air Malta, Tonio Fenech?

Ikun żball kbir jekk ninsew il-passat. Peter Davies mhux l-ewwel CEO barrani tal-Air Malta.

Tajjeb li niftakru li Ernst Funk kellu wara spallejh karriera ta’ madwar 40 sena fl-iSwiss Air Group. Kumbinazzjoni, Funk ingħaqad ma’ l-Air Malta ftit xhur biss wara li l-iSwiss Air kienet dikjarata falluta fl-2002. Dak iż-żmien Funk kellu kariga għolja fl-iSwiss Air, għalkemm ismu ma kienx assoċjat direttament mal-falliment.

Funk fil-fatt intagħżel mill-Air Malta f’Ottubru tal-2002 u temm il-kariga fil-bidu tal-2006, jiġifieri għamel 3 snin sħaħ u fuqhom fil-ħatra.

Kif irrappurtat il-MaltaToday fl-2005, il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi kien faħħar l-opera tal-Funk.

“Air Malta Chairman Lawrence Zammit announced that Ernst Funk, the former Swiss Air functionary, will be leaving Air Malta by year’s end. Zammit said: “Ernst Funk has been the main driver of the culture change in Air Malta. Under the strong and professional leadership of Ernst Funk a number of significant achievements have been reached and implemented in Air Malta.” Zammit said that under Funk’s guidance the company developed a new strategy, a new vision, a new positioning and a clear definition of the core business for the company.”

Jekk trid taqra verament f’liema sitwazzjoni kienet l-Air Malta fl-2004, ara dan l-artiklu tal-Air Transport World.

Allura aħna tal-Mazzun nistaqsu:

  1. L-ewwel ġibna lil Ernst Funk minn kumpanija ta’ l-ajru falluta u issa ġibna lil Peter Davies minn kumpanija ta’ l-ajru oħra falluta. Dawn huma l-barranin li jridu jsalvaw lill-Air Malta?
  2. Jekk verament l-Air Malta marret tajjeb tant żmien Funk, għaliex tinsab f’dan id-diżastru kollu 5 snin biss wara li telaq Funk? X’saru minnhom in-“new strategy, a new vision, a new positioning and a clear definition of the core business for the company” li c-chairman ta’ dak iż-żmien Lawrence Zammit (magħruf bħala wieħed mill-galoppini u l-forċini tal-PN) kien tant ftaħar bihom?

Ma jidhirx li Funk ħalla għedewwa Malta għaliex fi Frar 2010 tħabbar li kien inħatar “speċjalista dwar l-avjazzjoni” ma’ Fenech Farrugia Fiott Legal.

Kif għedna minn dejjem, hemm responsabilitajiet politiċi kbar f’dan id-diżastru tal-Air Malta u huwa inġust li l-gvern jipprova ipoġġi lill-ħaddiema fuq l-artal tas-sagrifiċċju.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: