Home > Features, Opinion, Uncategorized > Ir-Renju ta’ Galea Curmi

Ir-Renju ta’ Galea Curmi

Certu nies ghandhom poter assolut moghti lilhom mill-gvern ta’ Gonzi. Dan il-poter juzawh biex jimmanipulaw is-socjeta’ taghna halli kollox jigi favur taghhom. Issellifna dan l-artiklu mill-KullHadd ghax verament jolqot il-musmar fuq rasu!

Jezistu cirkostanzi li jikkorraboraw dak li allega Saviour Balzan, li kienet qed ticcirkola f’akwati Nazzjonalisti informazzjoni kunfidenzjali, sahansitra minn fajls medici tal-Gvern, biex tintuza ha tkisser il-kreddibbiltà u jsir assassinju tal-karattru ta’ dawk li ma jarawx ghajn ma’ ghajn ma’ Lawrence Gonzi u shabu. Cirkostanzi li xi hadd bhac-‘Chief of Staff’ Galea Curmi, li jippretendi li  kollox jghaddi minn taht idejh u jista’ jikkontrolla kollox, ma setax ma jkunx jaf bihom.

Edgar Galea Curmi, l-hekk imsejjah ‘Chief of Staff’ fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, fi tmiem il-gimgha li ghaddiet permezz ta’ artikli fil-gurnali bl-Ingliz u bil-Malti, tliet libelli u anki permezz tal-blogg tas-Sinjura Caruana Galizia, ipprova jimmonta xi forma ta’ difiza ghall-attakk frontali li ghamillu Saviour Balzan, li sostna u ghadu qieghed isostni li lejlet l-ahhar elezzjoni Galea Curmi pprova jitimghu b’informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kaz li Harry Vassallo kellu mad-Dipartiment tal-VAT, kif ukoll b’dettalji mill-fajls medici ta’ certu Jo Said, Nazzjonalist li dak iz-zmien kien qieghed jikkritika bl-ahrax lil Lawrence Gonzi u lil shabu.

Galea Curmi qieghed jichad li ghadda din ix-xorta ta’ informazzjoni lil Saviour Balzan ghall-pubblikazzjoni, ghal-kemm mhuwiex qieghed jichad li pprova jitimghu din l-informazzjoni, biex imbaghad ikun Saviour Balzan li jaghmel minnha li jrid.

Galea Curmi pprova jaghti x’jifhem li huwa kien mar izur lil Saviour Balzan fid-dar tieghu ghal ragunijiet personali u mhux biex jghaddilu din l-informazzjoni ghall-pubblikazzjoni.

Galea Curmi pprova jaghti l-impressjoni ta’ xi hadd ultra-prudenti meta taparsi halla f’idejn Balzan biex jghid x’kienu dawn ic-cirkostanzi personali, hallik imbaghad kien, fost l-ohrajn, il-blogg tas-Sinjura Galizia li ghandha habta kif tintuza ta’ tapp minn Kastilja biex taghmel xoghol skabruz bhal dan, illi zvelat x’kienu dawn ir-ragunijiet personali.

Min-naha tieghu Balzan jichad li Galea Curmi kien marlu d-dar biex jara lill-mara tieghu li kienet fi stat hazin hafna ta’ sahha, il-ghaliex kienu biss dawk in-nies veru qrib taghha li kienu qeghdin jithallew hdejha u Galea Curmi zgur ma kienx wiehed minn dawn il-persuni.

Naturalment, Edgar Galea Curmi, li nqeda bid-Dipartiment tal-Informazzjoni tal-Gvern biex jgharrfilna li kien se jaghmel kawzi ta’ libell lil Balzan u lil ONE News li ntervistah, qed jistrieh fuq il-fatt li essenzjalment din hi sitwazzjoni li tinvolvi l-kelma tieghu kontra l-kelma ta’ Saviour Balzan, anki jekk dan tal-ahhar qieghed isostni li hemm terzi persuni xhieda li semghu lil Galea Curmi jghaddilu l-informazzjoni dwar Harry Vassallo u Jo Said.

Il-kaz ta’ Harry Vassallo

Izda jezistu fatti u cirkostanzi ohra li indipendentement minn dak li ghadda ezattament bejn Galea Curmi u Balzan, lejlet l-elezzjoni tal-2008, juru bic-car illi min kien qieghed imexxi il-kampanja u l-media Nazzjonalista pprova jistrumentalizza din l-informazzjoni kunfidenzjali dwar Harry Vassallo u Jo Said biex jaghmlu kapital politiku minnha.

Harsa fuq fuq lejn il-kaz tal-VAT ta’ Harry Vassallo turi kif l-Erbgha 5 ta’ Marzu 2008 (tlett ijiem qabel l-elezzjoni) ghall-habta ta’ 12pm, gurnalist tan-NET staqsa lil Harry Vassallo r-reazzjoni ghall-fatt li l-Qorti kkonvertiet il-multi marbuta mar-returns tal-VAT f’sentenza ta’ sentejn habs. Is-sentenza inghatat hames xhur qabel, u sa dak il-hin Vassallo ma kienx infurmat biha.

Proprju hawnhekk jezisti xebh qawwi mal-kaz ta’ Cyrus Engerer, fejn il-gurnalist ta’ The Times Christian Peregin sar jaf bic-charges kriminali kontra Engerer qabel ma’ dawn gew notifikati lil Engerer innifsu.

Intant erba’ sighat wara l-mistoqsija tal-gurnalist lil Harry Vassallo, ghall-4.15pm Vassallo jircievi zewg mandati ta’ arrest fl-ufficcju tal-AD.

Ezatt wara Harry Vassallo ghamel konferenza tal-ahbarijiet fejn qal li din l-istorja kienet ilha tinhema hames xhur, u li s-sentenza tpoggiet f’xi kexxun biex tintuza mill-PN qabel l-elezzjoni.

Fis-7.30pm Media.Link f’konferenza tal-ahbarijiet qalu li l-informazzjoni ghandhom waslet it-Tlieta, 4 ta’ Marzu, imma ma qalux kif saru jafu. Harry Vassallo ma kienx gie arrestat ghax kien applika ghall-mahfra presidenzjali.

Nhar il-Hamis 6 ta’ Marzu 2008 il-Maltatoday irrappurtat li meta kien mistoqsi, il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo qal li ma kienx jaf bil-kaz u li jrid jinvestigah. “I am not informed of everything that happens in the Police Corps. I am reading Harry Vassallo’s press release now.” “I don’t agree with the timing, but not everybody reasons things out this way.”

Anki fir-rigward tal-kaz ta’ Cyrus Engerer, il-Kummissarju Rizzo qal affarijiet simili, fis-sens li meta kien cempillu Galea Curmi u talbu spjegazzjoni, huwa kien ghadu ma jafx b’dan il-kaz.

Louiselle Vassallo ghall-Media.Link iddikjarat li l-kumpannija ma kellha ebda rabta mal-azzjoni tal-Pulizija u tal-Qorti kontra Harry Vassallo. Qalet li “it was expected” li Media.Link tinvestiga storja bhal din wara li tircievi l-informazzjoni.

Il-fatt li din l-informazzjoni kienet qeghda ticcirkola fil-jiem ta’ qabel l-elezzjoni u spiccat tigi zvelata u ppubblikata fuq l-mezzi tal-media tal-Partit Nazzjonalista, jindika b’mod car il-provenjenza ta’ minn fejn originat din l-informazzjoni. Il-PN bhala l-partit il-Gvern mhux biss kellu mezz ta’ kontroll fuq l-access ghal din l-informazzjoni, imma anki kellu kontroll fuq il-pubblikazzjoni taghha, ghax effettivament spiccat ippubblikata fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.

Bil-barka

Difficli wiehed jimmagina kif l-Prim Ministru Gonzi u c-Chief of Staff tieghu Galea Curmi, u s-Segretarju Ìenerali tal-PN, Joe Saliba ma kienux mgharrfa b’dak kollu li kien qieghed jigri fil-kaz ta’ Harry Vassallo u ma tawx il-barka taghhom qabel il-pubblikazzjoni.

Meta deher evidenti li l-opinjoni pubblika kienet qeghdha ddur kontra l-Partit Nazzjonalista fuq dan il-kaz, Joe Saliba sahansitra wasal biex qal li din hija frame up, “montatura” kontra l-PN. Qal li ma kienx jaf bil-kaz, u li l-PN mhumiex stupidi li jaghmlu xi haga bhal din qabel l-elezzjoni. Qal li ma jafx min ta l-ordni biex ikun arrestat Harry Vassallo, “jista’ jkun xi hadd fis-servizz pubbliku li ghandu grudge kontra l-PN”.

Edgar Galea Curmi kien hareg stqarrija f’isem il-Prim Ministru fejn qal li l-Prim Ministru ma kienx jaf min hemm wara din il-haga u li ma jaqbilx mat-timing taghha. Lanqas ma kien jaf li l-gurnalisti tan-NET kienu jafu.

Xebh iehor mal-kaz ta’ Engerer

Il-Hamis 6 ta’ Marzu 2008, In-Nazzjon irrapporta li l-Prim Ministru kien talab lill-Kummissarju jinvestiga x’gara ezatt u Joe Saliba qal illi l-PN bl-ebda mod ma jindahal lill-Pulizija kif tagixxi.  Anki f’dan ir-rigward intqalu affarijiet simili fil-kaz ta’ Cyrus Engerer, tant hu hekk is-Segretarju Ìenerali Paul Borg Olivier talab lill-Kummissarju Rizzo biex jaghti s-sekwenza ta’ fatti kif grat u l-Prim Ministru Gonzi qal illi l-gvern ma jindahalx fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija, hallik imbaghad ftit sighat wara rrizulta li Galea Curmi kien cempel lil Rizzo fejn talbu spjegazzjoni ta’ dak li gara fil-kaz ta’ Chris Engerer.

Informazzjoni minn fajls medici

Anki fir-rigward ta’ dak li stqarr Saviour Balzan li Galea Curmi pprova jikxef ma’ Saviour Balzan informazzjoni kunfidenzjali minn fajls medici ta’ persuna li kien attivist Nazzjonalist u li kien qed jitkellem fl-apert kontra Lawrence Gonzi, jezistu cirkostanzi li juru bl-iktar mod car kif din l-informazzjoni kienet inharget b’mod abbuziv minn fajls medici kunfidenzjali biex tintuza politikament biex tkisser il-kredibbiltà ta’ din il-persuna.

F’kaz ta’ libell li tilef d-Deputat Nazzjonalista David Agius kontra l-gazzetta It-Torca rigward dak li kien intqal fil-konfront ta’ Agius minn Jo Said, id-Deputat Nazzjonalista David Agius kiser id-dritt tal-privatezza u tal-kunfidenzjalità tal-individwu u kiser ukoll il-Ligi dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Dan meta biex jipprova jiskredita lil Jo Said li kien xhud fil-kawza ta’ libell, Agius uza dokument tad-Dipartiment tas-Servizzi Socjali li kien fih informazzjoni personali sensittiva dwar sahhet l-istess Jo Said u ghamel dan bi ksur tal-Ligi dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Fil-21 ta’ Jannar 2010 David Agius esebixxa quddiem il-Qorti tal-Magistrati, dokumenti li juru li x-xhud Jo Said kien jircievi l-pensjoni tal-invalidità, u liema dokument kien fih ukoll informazzjoni personali sensittiva dwar sahhet l-istess Jo Said, inkluz ir-ragunijiet medici ghalfejn Said kien intitolat ghall-pensjoni tal-invalidità.

Mhux biss din l-informazzjoni kienet qeghda ticcirkola f’idejn esponenti Nazzjonalisti, u difficli timmagina kif bhala ‘Chief of Staff’ Galea Curmi ma kienx jaf li din l-informazzjoni kunfidenzjali nharget minn fajls medici tal-Gvern, imma sahansitra esponent tal-Gvern, il-Whip Parlamentari Nazzjonalista David Agius kellu l-ardir li jikxef pubblikament din l-informazzjoni f’awla tal-Qorti.

Intricci bejn Kastilja u l-Bidnija

Prova cara ohra tal-Kastiljaleaks  huwa kienet meta din il-gazzetta kienet baghtet numru ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru, diversi ministri u segretarji parlamentari u backbenchers Nazzjonalisti dwar l-artikolista Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia u l-blogg taghha.

Il-korrispondenza bejn din il-gazzetta u l-Prim Ministru Gonzi u l-Ministri Nazzjonalisti, kienet giet illeakjata lil Daphne Caruana Galizia, u kienet giet ppubblikata fil-blogg taghha qabel ma kienet ippubblikata f’din il-gazzetta.

Din kienet prova ohra mill-aktar cara tal-intricci li jezistu bejn is-Sinjura Caruana Galizia, Kastilja u l-Kabinett Nazzjonalista.

Advertisements
  1. chris
    August 20, 2011 at 11:59 am

    Min jaf kif qed jintuza is-secret service hawn Malta! Jekk hux biex jispjuna il-barranin jew il-Maltin stess! Ma nohodix bi kbira li hemm id mohbija wara dan kollox ghax Alla jbierek kollox mahdum bizzilla! Ezempju cara kien il-fatt li Dr. Borg Olivier bghatt messagg bi zball lil Jason Micallef dwar kif ghandha tingabar l-informazzjoni fuq in-nies mil-gvern, mill-kunsilli lokali, etc.

    Jien, dawn mhux se ibezzghuni, la Caruana Galizia, la il-Pulizija u l-ebda trumbun iehor ta’ dan stat pulizjesk li nghixu fih!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: