Home > News, Opinion, Uncategorized > Misshom jisthu!

Misshom jisthu!

Child sex abuse: No Church policy on compensation – timesofmalta.com.

Alla jbierek, il-Knisja Maltija m’ghandhiex policy fuq il-kumpens lill-vittmi tal-pedofilija!

Flus ghall-kampanja tad-divorzju ghandhom u flus biex iqabbdu lill-Giannella Caruana Curran li zgur li hadmitielhom b’xejn ghax qalbha tohorgilha ghall-Knisja, kellhom.

X’ipokrezija ta’ nies!

Kulma ma tmur il-Knisja Maltija aktar teghreq fil-gideb u turi kemm hi istituzzjoni Mafjuza u politika, u li bhalissa Alla zgur li qed joqghod ‘il boghod minnhom, ahseb u ara kemm jaccetta li jirrapprezentawh!

Ha taghmel bhal ghamlu l-qassisin pedofili li baqghu  jichdu li qatt missu xi tifel fl-orfanatrofju!

Jekk segwejtu r-rapporti tindunaw b’liema facilita’ jigdbu dawn in-nies, imbaghad iridu jghallmu lilna l-morali!

Misshom jisthu!

Kienu ilhom jafu 25 sena bil-kazijiet ta’ tbaghbis u attakki sesswali fuq it-tfal fid-djar taghhom u bhal Mafia Taljana, injoraw u hbew kollox ghax lin-nies taghhom jiehdu hsiebhom sew. Sa hargulhom il-flus biex jikri l-aqwa avukati kriminali Maltin li d-difiza taghhom kienet li jkomplu jkissru l-vittmi billi jinsistu li qed jigdbu u jivvintaw, u l-Knisja dan l-att moqziez hallietu ghaddej.

Misshom jisthu!

Lanqas biss indenjaw ruhhom joffru kumpens tal-hsara mentali fit-tul li kkawzaw lil dawk il-povri vittmi ghax Alla jbierek il-flus ma jaghmlux bihom!

Misshom jisthu!

Kellhom jghidulu li jridu joffru l-kumpens tat-tbatija li kkawzaw lil dawk it-tfal li whud minnhom ghandhom imkissra psikologikament sal-lum u spiccaw inqaflu d-dar u ma jridu jkellmu lil hadd.

Misshom jisthu!

U fid-difiza gabu lill-Ministru tas-Sahha jixhed li l-qassis kellu dipressjoni.

Tafu ghaliex hux?

Biex iwittulu t-triq halli ma jibghatuhx il-habs. Din bhal ta’ l-imhallef Arrigo li malajr ghaddewh ta’ mignun u evitawlu l-habs. Ghax kulhadd indaqs f’dan il-pajjiz demokratiku!

Il-Kurja taf li jekk xi qassis pedofil jintbaghat il-habs se jispiccaw aghar mit-tfal li assalta ghaliex il-habsin ma jittollerawx pedofili, u ghalhekk diga qed jirrangaw biex jibghatuhom il-Manikomju halli jqattghu l-ahhar ftit snin ta’ hajjithom fil-kwiet!

Misshom jisthu!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: