Home > Opinion > Be Nationalists! U l-banda baqgħet iddoqq waqt li l-vapur jegħreq…

Be Nationalists! U l-banda baqgħet iddoqq waqt li l-vapur jegħreq…

Il-vapur GonziPN qed jegħreq u miegħu se jgħarraq lill-Maltin!

Is-saga ta’ Cyrus Engerer u t-taħwida papali li nqalgħet minħabba koinċidenzi, telefonati, pulizija, qrati, pornografija, joints, assistenti tal-Prim Ministru u x’naf jien, tfakkarna fl-għarqa tat-Titanic kważi mitt sena ilu! Fejn hu x-xebħ? Għax waqt li s-saga ta’ Engerer, il-vot kontra d-divorzju u r-referendum mitluf, l-Arriva, l-Air Malta, l-kontijiet eżaġerati tad-dawl u l-ilma, is-saga tal-€500 fil-ġimgħa żjieda lill-ministri, u l-lista tkompli, il-Prim Ministru Gonzi jibqa’ dritt, qisu xejn mhu xejn, bit-tbissima tiegħu, iħeġġeġ lil sħabu “Be Nationalists” filwaqt li l-gvern tiegħu qed jegħreq. L-aqwa li nitbissmu, b’kuxejnza safja għax ivvutajna kontra d-divorzju!

Waqt li t-Titanic kien qed jegħreq  fil-lejl tal-15 ta’ April 1912 wara li ħabat ma’ iceberg, il-kaptan tal-vapur lussuż, Edward J. Smith, ħeġġeġ lill-ekwipaġġ abbord bil-frażi “Be British!”, jiġifieri jiffaċċjaw id-diżastru a la Ngliża, bil-kalma kollha, anke jekk kienu se jmutu. U ntant il-povri mużiċisti tal-vapur baqgħu idoqqu bil-vapur qed jegħreq taħthom, ħadd ma jagħti każhom … u l-mużiċisti għerqu wkoll.

L-għarqa tat-Titanic kienet kollha tort tal-kaptan li ried li l-vapur jgħaġġel ħalli jasal New York qabel il-ħin u jkun fuq il-gazzetti li kienu se joħorġu l-għada. Fil-fatt spiċċa fuq il-gazzetti, imma għal raġuni totalment differenti milli ħaseb. U l-kaptan Smith niżel mal-vapur, fost l-1,500 ruħ mitlufa. U dan għal vapur li qabel salpa kien jingħad li ma setax jegħreq!

Hemm wisq similitudnijiet ma’ dak li qed jiġri bħalissa f’GonziPN biex ma nikkummentawx dwarhom. L-attitudni tal-Prim Ministru Gonzi hija l-istess bħal tal-kaptan tat-Titanic. Il-vapur qed jegħreq u jippretendi li xejn mhux xejn, anzi jibqa’ sejjer ‘l quddiem. U min ma jridx jobdih u anke jaħseb li jmur man-naħa l-oħra bħal Cyrus Engerer, malajr jara x’jivvintalu biex ipattihielu. U xejn ma jbiddel lill-GonziPN mill-fehma li huma għandhom xi dritt divin li jmexxu lil pajjiżna u li xejn ma jista’ jwaqqagħlhom il-gvern. Mela insew li dawn rebħu l-elezzjoni bi ftit mijiet ta’ voti bis???

Dawn huma l-valuri Kristjani Kattoliċi ta’ GonziPN. L-aqwa li kontra d-divorzju u z-ziju arċisqof kuntent li ġġilidna sa l-aħħar għal Malta Kattolika! Ma jimpurtax li neqirdu l-ħajja politika ta’ bniedem żagħżugħ, li nifilġu lill-Maltin b’dawn il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li wassalna iktar minn 500 familja b’theddida li jitilfu ħobżhom mill-AirMalta imma l-barranin li GonziPN ġab biex imexxiha jaqilgħu l-miljuni bejniethom, li l-bażużli Nazzjonalisti ħadu mijiet ta’ eluf ta’ euro f’konsulenzi biex jiġu disinjati rotot ġodda tas-servizz tal-linja l-ġdid li issa ndunajna li mhux qed jaqdu lill-poplu, li fl-aħħar mill-aħħar minkejja l-apoloġiji finti ta’ Gonzi, l-ministri għadhom qed jieħdu €500 fil-ġimgħa żjieda fil-paga!

Il-vapur GonziPN qed jegħreq, u sfortunatament qed jgħarraq lilna miegħu!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: