Home > Opinion > Esperjenza ta’ Servizz Bażwi!

Esperjenza ta’ Servizz Bażwi!

Minn Passiġġier Inkwetat

Anke li kieku x-xufiera tal-karozzi tal-linja ma’ telqux l-Arriva, is-servizz xorta kien ikun fi krizi ghaliex il-gvern haseb li ddisinja servizz brillanti gdid, izda wera lil kulhadd li ma kellux idea x’inhu jaghmel.

Ir-rotot huma hziena. L-istruttura tan-nolijiet hija hazina. Il-mod kif il-passigieri jaqbdu dawn il-karozzi hija diffettuza. L-apparat elettroniku li juri n-numri ma jahdimx. L-immaniggjar ta’ l-operazzjoni tas-servizz ma tafx x’inhi taghmel …  u r-relazzjoni bejn il-Gvern u Arriva hija hazina!

Min iddisinnja r-rotot?

B’liema logika dawn in-nies hasbu li l-klijenti kienu sew jiehdu gost jigru ma’ Malta kollha qabel ma jaslu fejn suppost?

Ejja niehdu x-xarabank X2 li suppost hija servizz msejjah express mahsub biex iwassal in-nies u t-turisti minn San Giljan u Ta’ Sliema sa’ l-ajruport. Saret xi ricerka li turi li dawk li jridu jaqbdu ajruplan iridu jieqfu hdejn l-isptar Mater Dei, is-supermarket tal-Pavi u l-Habs ta’ Kordin?

L-istruttura tan-nolijiet qieghda thawwad in-nies u twassal ghal telf ta’ hin kull darba li jieqfu x-xarabanks hekk kif il-passigieri jkollhom jiddiskutu skala shiha ta’ nollijiet li jkun qed joffri x-xufier. Xi xarabanks qed ikollhom jieqfu kull ftit minuti f’kull stejg ghaliex il-passigieri jkunu jridu jafu ghalfejn mhemmx biljett wiehed jew bir-ritorn jew jekk ghandhomx jiehdu pass ta’ saghtejn, gurnata jew xi haga ohra.

It-turisti ma jistghux jifhmu ghaliex qed ikollhom ihallsu aktar minn nies lokali, tant li qed jissusspettaw li x-xufier qed jipprova jisraqhom ghaliex ma jafux li din tan-nollijiet ivvintaha l-gvern u ddecieda jinjoraha r-regoli ta’ UE bbazati fuq li kulhadd ghandu jigi trattat indaqs.

Il-mod kif klijent jitla’ fuq ix-xarabank u bilfors irid ihallas qieghda wkoll tikkawza hafna dewmien. F’pajjizi ohra madwar id-Dinja, is-servizz tat-trasport pubbliku joffri lis-Smart Cards li jkun mimlija b’mod elettroniku b’numru ta’ biljetti jew jixtru l-biljetti minn makni fil-vendi. B’dan il-mod, kull darba li passigier jitla’ fuq xarabank l-unika haga li jrid jaghmel hi li jxejjer il-card jew il-pass quddiem scanner elettroniku li jkun fuq il-karozza tal-linja. Dan biex jissahhah il-principju li karozza tal-linja kemm jista’ jkun ghandha tibqa’ miexja mhux bhal f’Malta l-hin kollu tieqaf u vjagg t’20 minuta jdum siegha!

L-apparat elettroniku fuq ix-xarabanks ta’ l-Arriva ma hadmux. Din issarfet f’sitwazzjoni redikola fejn hafna xarabanks mhux qed juru n-numru taghhom.  Jekk passigier ma jistax jara n-numru, hija ovvja li dan se jxejjer u jwaqqaf kull karozza tal-linja li tghaddi minn quddiemu. Ghalhekk hafna xarabanks qed jieqfu ghall-passigieri li m’ghandhomx bzonn juzawahom.

L-immaniggjar tas-sistema l-gdida hija wahda bla sens. Id-dispatchers qed jibghatu l-karozzi kullimkien skond kemm twerzaq il-migemgha li jkun hemm fil-venda u ghalhekk it-timetables ippubblikati qed jigu njorati. Fuq uhud mill-karozzi tpoggew numri tal-kartun mid-dispatcher li jitnehhew mix-xufier hekk kif jitilqu mill-Belt.

Il-Gvern li gab lill-Arriva biex imexxu s-servizz tal-linja mill-ewwel ghaxxaqha maghhom bil-kummiedja tat-triq Bisazza li write kemm hemm koordinament bejn George Pullicino u Austin Gatt.  Il-Gvern insista li Arriva ma jistghux jitolbu biex jghaddu minn zona pedonali. Mhemmx xi nghidu, l-Arriva ma kellhom l-ebda nteress jekk triq Bisazza tigix pedonali jew le, huma riedu jkunu jafu biss ghalfejn thallew jigu ddisinjati rottot f’Tas-Sliema had no interest in whether Bisazza Street was pedestrianized or not, it just wanted to know why it had been allowed to design routes along this route in Sliema meta l-Ministri nvoluti kienu jafu li karozzi ma kienux se jithallew jghaddu minn Trid Bisazza. Meta il-Prim Ministru jghid: “Ahna l-Gvern mhux l-Arriva!” kien qed jahbi inkompetenza grassa wara tarka nsolenti.

Ir-riforma tal-linja li kulhadd ilu jistenna aktar minn ghoxrin sena kellha tkun daqshekk disastruza?

U zgur li le!

Il-Gvern se jammetti li wara tant weghdi u ftahir ghamel froga?

U zgur li le!

Il-poplu li s’issa kien toleranti u pacenzjuz se jibqa’ hekk?

U zgur li le!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: