Home > Opinion > Inkompetenza grassa u jridu jpattu ghaliha!

Inkompetenza grassa u jridu jpattu ghaliha!

Manuel Delia jidher li mhux xi wiehed li joqghod jigri wara xi xarabank u l-Arriva jekk jaghlqu l-bibien ma jifthuhomx. Allura ghalfejn iddeffes fir-riforma ta’ l-Arriva? Ghax bassa!

Ahna tal-Mazzun ma nistghux nitkellmu bizzejjed fuq il-qassata tat-trasport pubbliku ta’ Austin Gatt u Manuel Delia ghaliex il-falliment ta’ l-Arriva ghandu riperkussjonijiet koroh mhux biss fuq it-turizmu, izda anke fuq l-ambjent u l-emissjonijiet tal-260 00o karrozza li ghandna f’din il-gzira daqs naqra.

U t-tort hu kollu ta’ l-inkompetenza tal-PN.

Ministru wara l-iehor ittantaw jirriformaw it-trasport pubbliku minghajr success. Anzi, hafna drabi s-servizz aktar mar lura u t-twaqqif ta’ l-Awtorita’ tat-Trasport m’ghenitx ghaliex din l-awtorita’ ghandha storja ta’ korruzzjoni u nkompetenza grassa. Forsi l-aktar ezempju li niftakru kienet dik tas-70 000 sms dwar l-emissjonijiet li din l-Awtorita’ qatt ma tat kas u bhas-soltu qatt ma smajna b’xi hadd li ha r-risponsabilita’ ghal dan in-nuqqas kbir.

Izda din tan- nuqqas tar-risponsabilita’ drajniha.

Austin Gatt iwahhal fl-Awtorita’ tat-Trasport u Manuel Delia jwahhal fis-sabutagg mix-xufiera meta t-tnejn spiccaw imwaqqa’ ghac-cajt mid-dirigenti stess ta’ l-Arriva li f’diversi ntervisti ma riedux jippuntaw subajhom lejn hadd ghax kienu jafu li huma kellu tort kbir ukoll. Ahna diga ktibna li l-Arriva li ftahret li ghamlet 6 000 intervista ma’ haddiema prospettivi ma’ kelliex waiting-list ta’ mitt xufier li m’intaghzilx biex jidhlu minflok dawk li ma rrapportawx ghax-xoghol. Minflok gabu x-xufiera mill-Londra li zgur li ma dahhlux bl-istess kundizzjonijiet iebsa li kellhom jidhlu ghalihom ix-xufiera Maltin.

Din tan-nuqqas tar-risponsabilita’ ta’ kull froga li l-PN jaghmel se tkun musmar iehor fit-tebut taghhom fl-elezzjoni li jmiss!

Izda wahda mill-aktar ahbarijiet inkwetanti dehret fuq it-Times ftit jiem ilu. Din irrapportat li mat-300 karozza privata fis-siegha izjed mis-soltu qed jidhlu l-Belt. Issa ahna nafu li l-Belt u l-Furjana diga’ ghandhom rata tat-tniggiz hafna aktar gholja mill-ghola rati f’bliet ta’ pajjizi Ewropej bhall-Londra u Parigi; u parti mill-ghan ta’ l-Arriva kienet li tnaqqas kemm jidhlu karozzi privati l-Belt. Xi haga li falliet bl-ikrah u fil-fatt kienet strumentali biex izzid in-numru ta’ karozzi li dehlin f’dawn l-inhawi!

Ma’ dan iridu nzidu l-hlas li ntroducew biex tipparkkja fil-Park and Ride, hlieqa ohra ta’ Delia li tghidx kemm ftahar biha xi ftit snin ilu. Mela mhux talli li r-riforma tat-trasport pubbliku ma hadmitx, izda qieghda thallix effetti ambjentali aghar mis-servizz tax-xarabanks qodma li kienu jdahhnu aktar mic-cmieni tal-faham u li l-Awtorita’ tat-Trasport dejjem dawret wiccha ghal dan!

Ma rridux ninsew li l-istess ministeru ta’ Austin Gatt kien dak li rriforma l-licenzji tal-karozzi biex il-hlas taghhom jirrifletti kemm iniggzu permezz ta’ emissjonijiiet. Din ir-riforma li kienet wahda tajba kellha l-intenzjoni li gieghel lill-pubbliku jixtri karozzi godda li jdahhnu anqas u jirrispettaw l-ambjent aktar.

Izda l-imhuh kbar ta’ Gatt u siehbu Delia ma kkunsidrawx l-importazzjoni tal-karozzi second-hand mill-Gappun li Malta ntliet bihom u ghalhekk illum minkejja r-riforma, gziritna saret wahda mimlija karozzi li zgur li mhumiex godda.

Din gwappa daqs il-kwistjoni tar-rotot li rega’ kellu x’jaqsam maghhom il-mohh genju ta’ Manuel Delia li rega’ ghaxxaqna bl-gherf tieghu.
Ma nistghux ninsew l-introduzzjoni tal-Bendy-buses li jehlu minn kull fejn jghaddu, izda nafu li kien aktar importanti li l-PN jagevola lil min gabhom minn barra milli jaqdu l-poplu!.

Jidher car li l-Ministri Nazzjonalisti jaghzlu l-lghaqa taghhom ghall-fervur politiku u mhux ghall-imhuh brillanti taghhom!

Gatt u Delia jistghu jdumu jgibu skuzi u jaharbu r-risponsabilita’ taghhom ghax il-poplu Malti jaf li hu jahtu tal-gazuba

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: