Home > Opinion > Miskin Engerer – it-taparsi Nsara Demokristjani daru għalih!

Miskin Engerer – it-taparsi Nsara Demokristjani daru għalih!

L-aħmar jixraqlu kieku lil Cyrus!

Qatt ma konna naqblu ma’ l-ideat tieghu, izda dejjem ammirajnieh ghaliex kellu l-istonku li jghid li hu omosesswali u min issa qieghed jghajru ghalhekk, hu bniedem miskin u omofobiku li nispera li jibqa’ ikompli r-riklam sabih li qed jaghmel lill-PN bhala partit konservattiv u konfessjonali. Ammirajnieh ukoll ghaliex kellu l-istonku jghid lil Gonzi dak li suppost ilhom li qalulu hafna mid-deputati “backbenchers” Nazzjonalisti li hdejn Engerer lkoll hargu ta’ kodardi li aktar mohhom biex izommu s-siggu milli biex idarrsuha wahda sew ma’ Gonzi u jibghatuh imorru jiehdu!

Izda Engerer zgur mhux qed jitghageb li l-aktar tghajjir ahdar u moqziez gie minghand min suppost ghandu l-kuxjenza Nisranija u li tghidx kemm skrupla bil-vot favur id-divorzju. Irid jiftakar li hija sfortuna imma verita’ li l-politika tigbor l-ipokriti, forsi l-aktar wiehed li qed jaghmel hoss bhalissa jkun Gonzi li ghalih aktar importanti l-fidi tieghu u l-Knisja milli l-poplu meta dan jaf li ha gurament biex jaqdi lill-poplu mhux lill-Papa, lil Kristu, lil Alla jew lil xi wiehed mill-isqfijiet.

Engerer jaf ukoll li l-PN uza kemm felah il-liberali u l-omosesswali, tant li ghandu wiehed (jew tnejn?) jirraprezentawh fil-Parlament Ewropew, izda hemm differenza kbira bejn li tuza lil dawn u thallihom ifasslu l-policy tal-partit li ghandu x’jaqsam mar-religjon jew ma’ decizjonijiet kontroversjali dwar il-politika socjali. Li kieku gara hekk, ilhom li ghaddew il-ligijiet tad-divorzju u tal-ko-abitazzjoni, u qatt ma sar il-ftehim bejn il-Knisja u l-Istat fl-1995 li vvantaggja ghal kollox il-Knisja.

Fejn kienu l-liberali Nazzjonalisti dakinhar?

Hija haga minn ewl id-Dinja li llum ma’ tistax tkun liberali fil-hsieb socjali u tahdem fil-PN. Liberali fil-flus iva ghax hemmhekk la Tonio Fenech u la Laurence Gonzi ma tmisshom il-kuxjenza meta jaghmlu xi nefqa fuq bieb il-belt jew power-stejxin tahdem bl-aghar fjuwil biex imorru miljuni ta’ liri f’bwiet il-hbieb. L-aktar kultura viljakki li dahhal Gonzi kemm ilu jmexxi l-PN hija li biex isir xi progett l-ewwel irid isir ezami bir-reqqa sabiex il-kuntratti u l-qliegh imur ghand l-akbar hbieb ta’ gewwa–dawk l-erba’ li jippumpjaw il-flus lill-partit u ma jisthux jghidu bhal Zaren u c-Caqna; u anke kuntratturi ohra Nazzjonalisti jithallew barra.

Din il-kultura tal-kuxjenza li dahhal il-GonziPN u nahseb li Engerer dan kien jafu wkoll u jekk dan verament issiehheb mal-PL irid ikun lejali aktar minn kemm kien lejali lejn il-PN ghax mhux sewwa li l-PL dejjem jispicca mghajjar minn nies bhal John Bundy u Marisa Micallef Leyson, imbaghad jispiccaw jittrakkaw mal-PL u qisu qatt ma qalu xejn.

Id-differenza bejn Engerer u Bundy u Micallef Leyson hi li Engerer wera li ghandu fibra ghax mhux facli tmur kontra l-partit li kont parti minnu u nghaqad mal-PL fuq principju u mhux ghal flus. Dan ma jistax jinghad ghal Bundy u Micallef Leyson li ma tantx hemm x’tammira fihom ghax it-tnejn qed jahdmu u jithallsu mill-PL minkejja li xebghu jghajruh ftit snin qabel!

Engerer zgur li xeba’ bl-intolleranza grassa li wrew lejh hafna minn shabu u jaf kemm qed ibatu MPs bhal Pullicino Orlando u Mugliette minhabba l-vot tad-divorzju. Nafu li hafna minn shabhom mhux ikellmuhom u qed jaghmlulhom bojkott socjali, izda jidher li lesti jkomplu jaqilghu fuq wicchom.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: