Home > News > Sparixxew minn Londra għax perikolużi … u tfaċċaw Malta!

Sparixxew minn Londra għax perikolużi … u tfaċċaw Malta!

Arriva bendy bus London Malta

L-istess bendy buses tal-Arriva li s-sindku ta' Londra neħħa mill-belt għaliex perikolużi wikkewhom lil Malta! Ir-ritratti juru li dawn huma l-istess xarabanks!

Li Malta għadha kolonja Ingliża f’ċertu aspetti ma nistgħux niċħduh, speċjalment kif ċerti Maltin jilagħqu lill-Ingliżi, pero’ ma konniex qed nistennew li Malta tkun meqjusa kolonja anke fis-servizz il-ġdid tal-karozzi tal-linja. L-ilsna ħżiena kienu qalu li Malta kienet se tispiċċa b’xarabanks second hand mill-Ingilterra, u għalkemm l-Arriva u l-Gvern Malti ċaħdu dan, u wrewna li għandna xarabanks ġodda, fir-realta’ għandna xarabanks li ma baqgħux jintużaw l-Ingilterra. Dawn huma l-bendy buses, novita’ għal Malta u t-toroq dojoq tagħha. U li jħassibna l-iktar mhux għax ix-xarabanks huma second hand, imma li dawn ma baqgħux jintużaw Londra mill-Arriva għaliex is-sindku ta’ Londra Boris Johnson ma riedx li jintużaw iktar minħabba l-inċidenti li kienu qegħdin jikkawżaw!

Rapport tal-London Evening Standard fi Frar 2008 kien irraporta hekk: ”

“Bendy buses have been involved in more accidents on central London routes than the double-deckers they replaced.

Figures for two city centre routes show collisions have increased dramatically since the introduction of bendy vehicles.

There was a 45 per cent rise in accidents involving the No38 Victoria to Clapton between April 2006 and the same month in 2007, the first full year of bendy buses, compared to the previous 12 months when double-deckers were the main vehicle on the route. Accidents rose by 70 from 154 in 2005/06 to 224 in 2006/07.”

Jekk trid titwaħħax biex tara xi ħsara kapaċi tagħmel bendy bus, ara dan ir-rapport tal-London Evening Standard.

Dan wassal biex is-sindku ta’ Londra Boris Johnson jiddeċiedi li jwaqqaf is-servizz tal-bendy buses fil-belt u minflok jużaw ix-xarabanks tradizzjonali double-deckers. Il-BBC sentejn ilu rrappurtat kif Boris Johnson kien wiegħed li se jwaqqafhom sa l-2011.

Illum, li ninsabu fl-2011, dawn il-bendy buses sparixxew minn Londra … imma tfaċċaw Malta! Konna nafu x’inhu ġej. Id-Daily Mail f’Jannar tal-2010, sena u nofs qabel is-servizz beda tal-Arriva beda f’Malta, kienet diġa’ rrapportat li l-bendy buses li kienu se jitneħħew minn Londra kienu se jinġiebu Malta kieku l-Arriva tirbaħ it-tender biex tibda topera f’Malta. U hekk ġara. Ħares lejn iż-żewġ xarabanks bendy bus fir-ritratt ma’ dan l-artiklu. Wieħed meħud Londra u l-ieħor Malta. Il-bendy bus hija l-istess waħda!

Dawn it-tip ta’ xarabanks diġa’ spiċċaw fl-aħbrijiet f’Malta għax waħda minnhom diġa’ weħlet meta ppruvat tikkwartja u oħrajn qed iwasslu għal konġestjoni kbira tat-traffiku.

Issa naraw jekk l-esperiment tal-bendy buses hux se jirnexxi f’Malta jew nitqannew bihom minkejja li ma jgħoddux għal pajjiżna!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: