Home > Opinion > Każ klassiku tal-Ħmar iwaħħal f’dembu!

Każ klassiku tal-Ħmar iwaħħal f’dembu!

Emmanuel Delia - Ministry for Transport - ArrivaDak li qed naraw iseħħ quddiem għajnejna fit-trasport pubbliku huwa każ klassiku tal-ħmar iwaħħal f’dembu! Fl-aħħar ġimgħa l-poplu tkellem, u gerger bil-kbir! Għaliex is-servizz ġdid tal-Arriva ma rax biss teething problems, u anke jekk iżżomm f’moħħok it-tħarbit tax-xufiera li ddeċidew li ma jaħdmux, joħroġ ċar li hemm straġi fir-rotot il-ġodda.  Ħafna passiġġieri qed idumu ħafna iktar biex jaslu minn A sa B, qed ikollhom jaqbdu iktar karozzi, addio servizz dirett għal Mater Dei, u mhux iħossuhom moqdija tajjeb kif kienu bil-karozzi żgangati ta’ qabel!  Ma ninsewx li r-rotot ġew disenjati mill-GVERN MALTI, mhux mill-Arriva.

Is-Sur Emmanuel Delia, l-id il-leminija tal-Ministru tat-Trasport Austin Gatt,  l-ewwel iżżattat iwieġeb il-mistoqsijiet tan-nies fuq it-timesofmalta.com, imbagħad sparixxa meta ġiet it-tsunami ta’ kritika fl-ewwel sigħat tas-servizz. U żgur, jekk is-Sur Delia huwa parti mid-diżatru għax hu kien sa mill-ewwel ġurnata involut fl-organiżazzjoni tas-servizz il-ġdid!!! L-iskużi fjakki li pprova jġib f’artiklu fuq l-istess websajt il-Ħadd iktar irrabjaw lin-nies!

Jekk tmur fuq il-websajt tal-ministeru ta’ Gatt, f’din il-paġna partikolari, għandek issib ir-rotot tas-servizz il-ġdid tal-linja. Dawn ir-rotot ġew pubblikati SENTEJN ilu, f’Awissu 2009, ħafna qabel ma’ l-Arriva rebħet it-tender biex tipprovdi s-servizz. Fil-fatt il-kuntratt ġie ffirmat f’Novembru li għadda, skond din l-istqarrija stess ta’ l-Arriva. Jiġifieri t-tgergir kbir li hawn dwar ir-rotot mhux tort ta’ l-Arriva iżda ta’ min iddisinja r-rotor il-ġodda, jiġifieri s-Sur Delia u sħabu tal-Ministeru ta’ Austin Gatt u Transport Malta.

Aħna nistaqsu lis-Sur Delia u sħabu: kemm-il darba rkibtu karozza tal-linja fl-aħħar snin qabel bdejtu tiddisinjaw ir-rotot għas-sistema l-ġdida? Kemm għamiltu ħin fix-xemx tistennew? Kemm-il darba mortu l-isptar b’tal-linja? Rajtuhom it-toroq kemm huma wesgħin qabel iddeċidejtu li jgħaddu minnhom tal-linja l-ġodda?

Dawn il-mistoqsijiet mhux aħna biss tal-Mazzun qed nagħmluhom imma n-nies u l-media.

Issa meta s-Sur Delia jibda jagħmel id-door-to-door bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss tajjeb li jkollu spjegazzjoni tajba għad-diżastru li ġabu hu u sħabu.

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , , , ,
  1. July 12, 2011 at 11:44 pm

    Imisskom taghmlu servej fuq kemm hawn nies iridu lil Austin Gatt u Manwel Delia jirrizenjaw ta’ din il-qassata monumentali li ghamlu. Ibaghtuha lil contacts kollha taghkom fuq facebook u via e-mail u naraw kemm huma rgiel dawn iz-zewgt irgiel.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: