Home > Opinion > IL-PN U T-TAHWID FIT-TRASPORT (IT-Tielet Parti)

IL-PN U T-TAHWID FIT-TRASPORT (IT-Tielet Parti)

Sa gimgha wara li bdew l-Arriva, hlief nies jistennew fuq il-bankini ma rajniex! X'efficjenza ta' servizz!

HLAS BIR-RIBASS LIX-XUFIERA!

Is-suggett tat-trasport tant ghadu jahraq li ddecidejna li nkomplu din is-sensiela ghaliex inhossu li l-froga li ghamel il-Kaiser Gatt fil-kwistjoni tat-trasport pubbliku u l-Arriva ma nistghux ninjorawha.

Minbarra li nhossu li hu kompletament risponsabbli tal-fjask tat-trasport u mhux ic-CEO li gab minn barra, nafu wkoll li dan il-gvern u l-ministri tieghu qatt ma jiehdu risponsabilita’ ta’ xejn. Alla halaqhom perfetti u meta ssehh xi haga hazina halliha jwahhlu fl-awtoritajiet, fil-kumpaniji , fil-GWU u l-aktar wahda ghal qalbhom, il-haddiema biex jghattu l-izbalji u l-korruzzjoni li huma mikula biha.

U fil-fatt il-Kaiser hekk qed jaghmel. Minflok jammetti li hu bullxitter mill-kbar u nkompetenti mikul b’arroganza tant kbira li min ghalih xi statesman kbir, jaqbad u jwahhal f’dak u l-iehor minflok jammetti li hu fallut.

U din ta’ l-Arriva wriet lil kulhadd verament xi jsarraf Austin Gatt!

Allura biex dan il-Ministru jevita l-fallout politiku tat-tahwida ta’ l-Arriva uza l-arma tas-soltu— l-midja li thobb taghti palata lill-gvern tieghu—u permezz taghhom qed jirnexxielu jitfa’ ftit mit-tort fuq’dawk xufiera li ma dahhlux ghax-xoghol.

Ftakru li fl-ewwel parti ta’ dawn l-artikli spjegajna kif l-Arriva b’naqra ppjanar ahjar setghu solvew il-problemi li ghandhom u li kkawzaw lill-pajjizna fil-bidu ta’ l-istagun turistiku. Wara kollox fuq il-website taghhom ftahru li huma wahda mill-akbar kumpaniji tat-trasport fl-Ewropla!

Hawn Malta ftahru hafna b’eluf  li applikaw ghax-xoghol maghhom. Possibli ma kellhomx waiting-list ghal dawk li ma ghazlux? Jew forsi kif hafna minn dawk li applikaw raw il-kundizzjonijiet u l-hlasijiet mizerji parpru ‘l hemm?

Ghalhekk tajjeb li f’gieh is-sewwa naraw ghalfejn ma’ dahhlux ghax-xoghol ix-xufiera u jekk vera dak li ghamlu wettquh bhala xi forma ta’ sabutagg kif allega l-Kaiser Gatt.

Ahna tal-Mazzun iridu niccaraw li m’ahniex xi difensuri tax-xufiera tal-linja. Hafna minnhom kienu bhejjem, minghajr manjieri u bla kultura ta’ xejn, u l-fatt li ta’ l-Arriva qed igieghluhom jilbsu uniformi sura ta’ nies u ghalmuhom ftit edukazzjoni diga haga posittiva hafna. Imma ahna nhobbu nkunu onesti f’dak li nghidu u biex naghmlu dan, tajjeb li nikkwotaw mill-website ta’ l-Arriva f’Londra:

Bhala xufier tax-xarabank ta’ l-Arriva f’Londra inti se tgawdi l-beneficcji u s-sapport  ta’ wahda mill-akbar kumpaniji tat-trasport fl-Ewropa, izda xorta se tesperjenza kommunita’ maghquda b’atmosfera ferriehija ta’ garaxx lokali.

Ahna noffru salarju attrajenti b’btajjel annwali u vvjaggar b’xejn ghalik u ghall-partner tieghek fuq ix-xarabanks ta’ Londra u s-sistema ta’ taht l-art.

Is-salarju prezenti ghall-xufier ta’ l-Arriva Londra huwa ta’ 20 Ewro fis-siegha!

U minn din l-ahhar sentenza jibda l-buzilliz!

Filwaqt li f’Londra xufier jithallas 20 Ewro fis-siegha, f’Malta jithallsu anqas minn 2 Ewros fis-siegha jew 35 Ewro ghal hmistax il-siegha. Dan iffisser li xufier Ingliz jithallas 10 darbiet aktar minn xufier Malti! U l-Kaiser u siehbu GonziPn jippretendu li x-xufiera jibqghu jahdmu ghal dan it-tip ta’ hlas li mhuwa xejn hlief forma ta’ cheap labour?

Lanqas li kieku l-Ingilterra ghandha d-doppju tal-livell t’ghajxien ta’ Malta li m’ghandhiex, ix-xufiera ta’ Malta xorta kien ikollhom jithallsu 10 Ewros fis-siegha; u jekk inqabbluhom mat-trasport privat f’Malta bhal dawk tal-mini-buses u l-coaches, ix-xufiera jithallsu bejn 5 u 8 Ewros fis-siegha!

L-ipokrezija sfaccata tohrog meta kulhadd jaf li l-Kaiser u siehbu GonziPN taw lilhom infushom zieda ta’ 500 Ewro fil-gimgha, izda lix-xufiera Maltin jippretendu li jahdmu ghall-pagi li huma umiljanti.

Min jaf forsi l-Kaiser qal lil ta’ l-Arriva li f’Malta jistghu jimpjegaw in-nies bic-cheap labour … ?

Ma’ dan iridu nzidu li l-gvern qed jaghti sussidju ta’ 8 miljun Ewro fis-sena mit-taxxi taghna lill-Arriva biex izommu n-nollijiet baxxi, imma aktar nahsbu li qed izommu dawn baxxi billi jhallsu lill-haddiema taghhom bir-ribass.

Allura se jkomplu jwahhlu fix-xufiera li l-akbar tgergir taghhom kienu s-sighat twal li kienu jahdmu qabel gew ta’ l-Arriva fejn ghallinqas kienu jithallsu ahjar, u issa jridu jahdmu l-istess sighat ghan-nofs il-paga li kellhom?

Daqs kemm il-Kaiser Gatt u siehbu GonziPN nehhew iz-zieda ta’ 500 Ewro fil-gimgha, se jahdmu x-xufiera ghall-mizerja ta’ 35 Ewro kull 15-il siegha!

Trattaw il-haddiema sew u tiehdu xoghol sew.

Trattawhom hazin, u ma tarawhomx!

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: