Home > Opinion > IL-PN U T-TAHWID FIT-TRASPORT (It-Tieni Parti)

IL-PN U T-TAHWID FIT-TRASPORT (It-Tieni Parti)

RJ 70s ta' John N. Tabone, kapurjun Nazzjonalista kienu strumentali biex ifaqqru l-Airmalta.

It-Tmexxija tal-Misthija ta’ l-Airmalta

Trid tkun vera wiccek tost biex tohrog tghid li l-hsara lil Airmalta se jaghmluha l-unjon tal-piloti meta minn 1987 ‘l hawn il-gvern tal-PN ilu jiffonga u jerda minn fuq din il-kumpanija ghal skopijiet partiggjani u ma waqafx lanqas meta kien jaf li se jeqridha.

Dik irrisponsabilita!

Ahna tal-Mazzun mhux nghidu li n-nies ta’ Wistin ma redghux minn fuq l-Airmalta fiz-zmien il-Labour, imma dak iz-zmien il-kumpanija kienet taghmel qliegh kbir u qatt ma spiccat bit-telf. It-telf beda taht il-PN bic-cwiec Maltin li pogga jmexxuha u bil-ministri tat-trasport ilkoll imexximxu minnha halli jaqdu lil tal-qalba.

U kemm l-Airmalta, kif ukoll Tonio Fenech u Gonzi jibzghu minn Domenic Azzopardi ghax dik ilu jahdem ma’ l-Airmala 25 sena u jaf il-qohob kollha tal-PN.

Issa naraw jekk l-MIA li qed timpala 23 miljun Ewro minn fuq dahar l-Airmalta fis-sena ccedix?

Ghajb ghal Eddie, Dalli u Gonzi li lkoll kienu parti mill-froga meta pprivatizzaw l-MIA minghajr ma qaghadu attenti li holqu monopolju perikoluz li kien se jerda’ demm l-Airmalta minkejja li kull min jahdem maghha huwa Nazzjonalist maghruf.

Is-saga miskina ta’ l-Airmalta qed turi biss kemm il-gvern ta’ Gonzi aktar mohhu biex jipprotegi l-interessi tal-partit tieghu hemmhekk mill-interess Nazzjonali. Dawk il-kapirjuni Nazzjonalisti li serqu l-inginiera kollha biex imorru jahdmu mal-Lufthansa Teknik u l-manipulaturi kollha li hadmu biex tidhol ir-Ryan Air meta kienu jahdmu ma’ l-Airmalta. Imma kulhadd jaf li f’pajjiz immexxi minn GonziPN il-kunflitti t’interess ma jezistux.

U xi nghidu fuq il-weghda ta’ Gonzi qabel l-elezzjoni li hadd mill-Airmalta mhu se jitlef l-impjieg?

Tafu kif qed jistmghuhom lill-haddiema li accettaw tnaqqis fil-pagi filwaqt li ta’ fuqhom jithanzru kemm jifilhu?

Ta’ bicciet ta’ l-art li meta titqatta’ tarmiha ghax huma se jispiccaw jaqilghuha?

Mela qed joffrulhom l-early retirement, izda mhux jghidulhom kemm se jzommu haddiema, halli jqacctu lil dawk li jibzghu u jaghzlu l-early retirement. Il-problema hi li dawn lanqas jafu kemm se jinghataw kumpens allura l-haddiema kollha jinsabu ncerti ghall-ahhar x’ha jaghmlu.

Dan hu l-mod kif jigi stmat il-haddiem taht GonziPn!

Domenic Azzopardi  huwa eroj ghax minkejja li jaf li hu wiehed mill-aktar piloti t’esperjenza fl-Airmalta u forsi ma kienx se jkun wiehed milli jitqacctu (avolja issa zgur jinsab l-ewwel fil-lista), xorta qed imexxi l-unjon biex tistrajkja ghaliex irid li johrog is-sewwa u l-gvern jammetti li l-izbalji hu ghamilhom mhux il-haddiema.

U x’se jaghmel il-gvern?

Se jhalli l-Airmalta tikkrolla bit-turizmu b’kollox?

U l-MHRA mhux ahjar qalu lill-gvern biex jaghfas lill-MIA halli tieqaf terda l-Airmalta meta taf li tinsab tant hazin?

Kif jghidu bl-Ingliz l-onus fuq Gonzi qieghed.

Domenic Azzopardi u l-piloti sagrificcji ghamlu ghax accettaw tnaqqis fil-paga, filwaqt li l-kapirjuni tal-gvern x’ghamlu? Mhux fl-Airmalta u fl-MIA ghadhom jerdghu l-eluf/

Din hija showdown li l-gvern u l-MIA ma jistghux jirbhu ghaliex ma jistax ikun li Malta tispicca minghajr trasport ta’ l-ajru taghha. Il-PN kisser, farrak u reda’ demm l-Airmalta u hu jrid jirrangaha, anke jekk hemm bzonn li jiehu azzjonijiet drastici mal-MIA.

Irid jiddeciedi mqar ghal darba favur il-haddiema u mhux favur is-sangisugi cwiec li ghal 25 sena shah farrku wahda mill-ahjar kumpaniji li kellna; kumpanija li l-valur strategiku taghha huwa importantissimu.

Ftakru li l-PN diga kisser u biegh s-Seamalta lill-barrani. Mela ghat-trasport bil-bahar diga niddependu fuq operatur barrani. Bhalissa ghaddejjin bis-saga ta’ l-Arriva li l-Ministru Gatt stess qed jghid li ddizappuntat u li wkoll tajnieh f”idejn il-barranin.

Jekk se jibqa’ sejjer hekk il-gvern, se nispiccaw b’operaturi ta’ l-ajru barranin biss b’sharks bhar-Ryan Air u ohrajn lesti biex jiffestiggjaw fuq il-fdalijiet ta’ l-Airmalta u juzaw l-industrija turistika taghna ghall-finijiet ekonomici taghhom.

U DAN KOLLU TORT TAL-GVERN NAZZJONALISTA!

Din ta’ l-Airmalta ma’ jista jahrabha bl-ebda skuza. La jista’ jwahhal fil-PL u lanqas f’xi ricessjoni. Minn meta poggew lil John N. Tabone bl-ideat bazwija tieghu tal-R.J.’s u l-Azzure Air sad-decizjonijiet politici partiggjani ta’ Lawrence Zammit, li lkoll ziedu d-dejn tal-kumpanija b’xi erbghin miljun lira li baqghet tkarkar bihom matul l-amministrazzjonijiet kollha tal-PN sakemm qerdu l-Airmalta.

Dan id-dizastru fit-trasport ta’ l-ajru holquh b’mod sistematiku c-cwiec Nazzjonalisti bil-barka ta’ ministri tat-trasport wara l-iehor li ghalihom l-ewwel jigi l-interess partiggjan imbaghad l-interess Nazzjonali.

Imbaghad jigu jwahhlu fl-unjon tal-piloti!

Ara vera nies ma jisthux!

(Tmiem)

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: