Home > Opinion > Arriva Tardi!

Arriva Tardi!

Nahsbu li bhalissa tghidx kemm qed jirkeb ix-xarabank Austin. Dak jigri bil-karozza lussuza li ddobba minn fuq dahrna meta tela' fl-ahhar elezzjoni qieghed.

F’dawn l-ahhar tlett t’ijiem hlief kjuwijiet fuq lis-stejgijiet ma rajniex. Ir-rivoluzzjoni li weighed il-“Kaiser” Gatt ma waslitx avolja kienet ilha gejja kwart ta’ seklu!

Fejn is-soltu l-“Kaiser” ikun l-ewwel wiehed li jikkummenta bil-mod goff u arroganti tieghu, di’d-darba ried jaghti cans lil Arriva qabel jghaddi kummenti politici.

Heq, ma jridx jinkrimiena lilu nniffsu ta’ politikant li hu.

Ahna tal-mazzun ninsabu dizappuntati ghaliex stennejna li ta’ l-Arriva kienu se jaghmlu r-ricerka taghhom sew qabel ivaraw is-servizz. Ma kienux jafu li l-pagi li qed joffru ma tantx huma tajbin u kien se jkun hemm min probabilment ma’ jmurx? Dak il-ftahir kollu ta’ kemm applikaw nies ghall-postijiet li kienu qed joffru u ma kellhomx haddiema zejda fuq xi waiting list halli jkollhom fuq xhiex jaqghu? Possibilment ma setghux jarmonizaw ir-rotot u jvaraw dawk l-aktar li huma mportanti u jaqtghu mid-dawrien esagerat ta’ certu rotot?

Bi ftit ippjannar logiku kienu jikkontrollaw il-problemi ta’ dawk is-sittin xufier li ma dehrux, mhux spiccaw waqqfu s-servizz.

Il-gvern ukoll ghandu htija kbira ghaliex falla f’hafna setturi, izda forsi l-aktar qasam li fall bil-kbir fih kien dak ta’ l-ippjanar. Meta kien ilu jaf li se jibdew joperaw ta’ l-Arriva, qabbad il-kuntratturi jwessghu t-toroq u jirrangaw il-bankini anqas minn xahar ilu u kulhadd jaf x’kaos u rebus kien hawn fit-toroq.

U ghaliex vara l-Arriva fil-bidu ta’ Lulju meta l-istagun turistiku jkun qed jingrana? Ghalfejn ma tax struzzjonijiet lil din il-kumpanija biex tohrog ix-xarabanks taghha fuq perjodu ta’ gimghatejn biex ftit ftit jiehdu post ix-xarabanks il-qodma, u t-transizzjoni minn servizz ghall-iehor isir aktar bil-galbu?

Imma nsomma ahna qtajna qalbna li dan il-gvern jaghmel xi haga bil-logika ghax kollox imniggjar bil-krizi – crises management – kif jghidu l-Inglizi. Ghaliex anke l-ahhar karta li seta’ jilghab li forsi fl-ahhar isolvi l-problema tat-trasport pubbliku rnexxielu jfottiha!

 

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: