Home > Opinion > Issa moħħna fil-Parlament

Issa moħħna fil-Parlament

Polza tal-vot - Sample ballot paper - referendum dwar id-divorzju

Min qed jaħseb li d-divorzju diġa’ daħal għax il-maġġoranza tal-votanti Maltin ivvutaw favurih f’Mejju li għadda, sejrin żball! Issa trid tkun diskussa u approvata fil-Parlament il-liġi li tippermetti d-divorzju kif ivvutajna għalih. Ejja ma ninsewx għal xhiex ivvutajna eżatt, u ma nħallu l-ebda avukat  jilagħbha tal- tal-għaref  u jippruva ibiddlu mqar virgola minn dak li jridu l-Maltin. Il-liġi tista’ titjieb iva, u imma mhux tmur ‘il bogħod milli jridu l-Maltin.

Biex niftakru ftit, f’dan l-artiklu qed nerġgħu nġibu l-polza tal-vot użata fir-referendum u fiha hemm imniżżel ċar u tond kif għandu jidħol id-divorzju f’Malta. Il-mistoqsija, li l-maġġoranza tal-Maltin ivvutaw IVA għaliha, tispjega eżatt kif se jidħol id-divorzju f’pajjiżna.

Ma hemmx kwistjoni ta’ kuxjenzi u tidwir mal-lewża. Kif għedna fl-aħħar ġimgħat, dawk id-Deputati Parlamentari li mhux se jivvutaw favur kif irid l-elettorat għandhom jirriżenjaw mill-Parlament minnufih.

L-ewwel vot fil-Parlament għandu jittieħed fl-istadju tat-Tieni Qari fit-13 ta’ Lulju.  Hemmhekk ikollna l-ewwel teatrin, bil-kapurjuni tipo Austin Gatt, Tonio Fenech, Giovanna Debono u Adrian Vassallo li żgur se jivvutaw kontra. Naraw kemm se jkun hemm li jagħmlu bħalhom u naraw fuq kollox kif se jivvota l-Prim Ministru Lawrence Gonzi li l-partit li jmexxi ħa pożizzjoni kontra d-divorzju.

Il-vot finali għandu jittieħed fil-25 ta’ Lulju. Hawnhekk jaf ikollna teatrin ieħor. Imma anke jekk stess jgħaddi l-vot b’maġġoranza sempliċi, il-liġi ma tidħolx fis-seħħ qabel jiffirmaha l-President ta’ Malta, dak li fl-aħħar xhur għalaq ħalqu u ħalla lill-Knisja Kattolika Maltija tindaħal bl-iktar mod oxxen fl-affarijiet ta’ l-istat, u wara tiġi pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Imbagħad il-liġi tibda sseħħ mill-ewwel.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: