Home > Opinion > Politika tal-Ħniżrija

Politika tal-Ħniżrija

Tal-qalba jithanzru, u l-poplu jghaffguh!

L-Amerikani jsejhulha “Pork Barrel Politics”  u ahna se nsejhulha l-Politika tal-Hnizrija li jixxalaw biha l-PN.

Il-“Pork Barrel Politics”  ta’ l-Amerikani tirreferi ghal dik il-politika li tiffinanzja servizzi ekonomici jew beneficcji fuq certi postijiet u partijiet tal-pajjiz li jaghtu lill-partit fil-gvern gwadan akbar politiku.

L-aktar ezempji cari ta’ din il-politika huma dawn:

  1. Meta membru wiehed mill-parlament jirnexxielu jgib il-fondi jew privilggi ghall-grupp limitat tan-nies jew grupp li huma klijenti tieghu jew li jistghu jfissru rebha jew telfa f’elezzjoni. Ezempju huwa l-mod kif il-Prim Ministru ttratta mal-kaccatturi, tal-boathouses, ta’ l-airmalta, tal-Go u hafna ohrajn qabel l-elezzjoni u kif qed jittratta maghhom issa.
  2. Meta l-fondi ma’ jkunux awtorizzati b’mod speficiku. Ezempju ta’ dan huma z-zieda ta’ 500 Ewro fil-gimgha  u s-6 000 Ewro fis-sena perkacci li l-Gvern tal-PN ta lilu nnifsu
  3. Meta tender jew kirja ma tkunx inghatat b’mod kompetitiv jew gustifikat. L-Ezempju tat-tender ta’ kwazi nofs miljun Ewro li ha Joe Mizzi ghal kiri tat-trakkijiet wara l-4 miljun Ewro li qala’ minghand l-Enemalta ghall-power stejxin tal-BWSC hija wahda cara.
  4. Meta tender, kirja jew posizzjoni tinghata minghajr ma’ tigi awtorizzata mill-Prim Ministru jew Ministru jew ma tohrog tender ghalija. Ezempji cari huma l-mod kif tlahhqu Petra Bianci u Ian Stafrace mill-MEPA u mijiet ta’ hatriet politici ohra li hlief tghaffig ma tawniex.
  5. Progett li jikser il-bagit tal-gvern. Ruxxmata ezempji jinkludu l-ajruport u l-power stejxin li nbnew taht il-PN u skoss toroq u progetti infrastrutturali ohra li dejjem jigu jiswew aktar milli suppost.
  6. Progett jew kuntratt li jservi nteress lokali jew specjali. Ezempju ta’ dan huwa l-pont li se jsir fuq il-breakwater  meta l-ligi ma thallix in-nies jersqu ‘l hemm minhabba sensittivita militari jew hamsin sigra li jiswew 5000 Ewro l-wahda biex jissebbah quddiem bieb il-belt.

Wahda mill-ahhar ezempji ta’ Politika ta’ Hnizrija kienet il-kwistjoni tal-BWSC li wara li l-gvern minghalih li rribatta l-kritika kollha ta’ l-opposizzjoni u ma halliex lil Joe Mizzi jixhed (u qallu biex ma jikkoperax ma’ l-awtoritajiet), issa jrid jaghmel il-pajplajn tal-gass bejn Malta u Sqallija meta jaf li se jkollu jhallas spiza ohra biex ibiddel it-turbini biex jahdmu bil-gass.

L-aktar ezempju ricenti huwa l-hatra ta’ Josef Bonnici  bhala Gvernatur Generali meta dan hawwad kemm felah waqt li kien Ministru ta’ l-Energija u kompla jfaqqar l-Enemalta bin-nuqqas ta’ hedging bil-ghaqal taz-zejt u hedging hazin. Tant mexxa hazin li lanqas lin-nies tieghu m’impressjona u ma telghax b’rizultat li  ntbaghat is-saqqi l-hass ta’ Brussels bl-istess rizultati fqar. Din hija  mossa perikoluza meta kulhadd jaf li dik il-hatra hija wahda sensittiva li tista’ taghmel hsara kbira l-ekonomija ta’ Malta.

Bonnici zgur li mhuwiex denju ta dik il-hatra u nispera li ma jkomplix izzid il-frejjeg li qed jaghmel dan il-gvern.

Advertisements
  1. Mario Borg
    July 3, 2011 at 11:26 am

    Tal-PN ghamlu (u ser jibqghu jaghmlu sakemm jinzlu mill-gvern) dak kollu possibli biex jahtfu, minn fuq il-pajjiz u l-poplu, kemm jifilhu mhux biss ghalihom u f-familji prezenti taghhom, imma ghal numru ta’ generazzjoniet taghhom fil-futur. Imma issa, dak li ghal hafna snin irnexxielhom jostruh taht il-maskri u l-ilbies tan-naghga it-twajba ma jistghux jibqghu jahbuh. Issa qieghdin juru ‘their true colours’. Klassi li jikkunsidraw ruhhom elitista u li jridu jzommu ghalihom u ghal ta’ madwarhom il-poter u l-kontroll fuq il-kumplament. Kull tant jarmu xi haga miz-zejjed li ghandhom biex minghalihom jaljenaw lil nies bix-xinxilli u l-bzar fl-ghajnejn. Hatfu u hatfu u serqu kemm felhu. Kielu b’hafna hluq. Xebghu, irremetew u regghu bdew jahtfu. U jekk il-poplu kollu, specjalment il-klassijiet tan-nofs u dawk tas-saffi ta’ taht mhux ser iqumu kollha mir-raqda u jnehhu l-dawn il-mafjusi min-nofs, huma ser jibqghu jieklu il-lahma u l-kumpament tal-poplu (ahna lkoll) l-anqas l-ghadma m’hu ser jibqaghlu x’jomod.

  1. July 25, 2011 at 6:51 pm

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: