Home > News > L-Air Malta – teżor nazzjonali li serquh il-politikanti tagħna!

L-Air Malta – teżor nazzjonali li serquh il-politikanti tagħna!

It-tnedija ta' l-Air Malta fis-Snin 70 - storja ta' suċċess sa ftit żmien ilu

Kull Malti li jista’ jissejjaħ bħala tali żgur jiddispajċih jisma’ li l-linja nazzjonali ta’ l-ajru, l-Air Malta, tinsab f’qagħda mwegħra ħafna. Ma hemmx għalfejn nispjegaw kemm hija strateġikament importanti għal pajjiżna, imma żgur li niftakru li l-Air Malta waslet fhiex waslet tort tal-politikanti tagħna li ħalbu kemm felħu, kemm fis-7 snin ta’ ġid fis-Snin 7o, 80 u l-bidu tas-Snin 90, u kemm fis-7 snin ta’ għaks, li kienu l-aħħar snin. Din l-imġieba tal-mistħija se nitkellmu dwarha iktar ‘il quddiem. Għalissa se noffru biss ftit videos li jixhdu l-istorja ta’ l-Air Malta u xi tfisser din għalina l-Maltin:

L-Air Malta baqgħet sa l-aħħar ittir minn u lejn Tripli wara li faqqa’ l-inkwiet fi Frar li għadda, ħafna wara li l-Alitaljiet u l-Lufthansijiet dabbru rashom ma’ l-ewwel sinjal ta’ inkwiet!

Advertisements
Categories: News Tags: , , ,
  1. August 7, 2011 at 7:47 am

    La darba l-ekonomija sejra tajjeb, nistennew baġit tajjeb b’żidiet sodisfaċenti għall-għoli tal-ħajja u mhux żieda qammiela. Gonzi u l-kumpanija PN taw lilhom infushom, BLA EBDA PERMESS, żieda fenomenali. Ħasbu fihom infushom u fil-familji tagħhom.
    L-AirMalta miexja ‘l quddiem u tant hemm xogħol li qed tikri l-ajruplani. Saret leasing company. Turisti għandna biex negħrqu u l-lukandi mifqugħin. Tant li l-qgħad niżel u x-xogħol jiġri wara l-ħaddiema. Palombo tad-Drydocks sar ruħ. SmartCity saret ċimiterju. M’għadna nisimgu xejn dwarhom.
    U mbagħad x’ingħidu għall-UE kif qed tifqagħna bl-€. Kollox ko-finanzjat. Malta qed tinbena mill-ġdid fuq stil tal-Kavallieri ta’ S. Ġwann. Sejrin fuq il-500 sena lura fl-istorja. Glorjuż l-imgħoddi, imċajpar il-ġejjieni, imħawwad il-preżent.
    Smajt li dalwaqt se jkollna t-tram juża l-linji antiki. Ismu: Ċlikki, ċlikki, ċlikki, ċlikki.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: