Home > Opinion > B’Gonzi moħħok mistrieħ

B’Gonzi moħħok mistrieħ

Billboard tal-PN fl-elezzjoni tal-2008 - il-Maltin vera serrħu rashom, fosthom li Gonzi se jipprova jibqa' kkakmat mal-poter sa l-aħħar ġurnata

Dan kien wieħed mill-islogans tal-Partit Nazzjonalista  re-inkarnat f’GonziPN fl-elezzjoni tal-2008. Saqsu lil dawn in-nies kemm serrħu rashom:

Ħaddiema ta’ l-Air Malta

Ħaddiema tas-Selmun Palace

Il-Kaċċaturi u n-Nassaba li belgħu l-wegħdi ta’ Eddie Fenech Adami u wara ta’ Lawrenze Gonzi

Il-Ħaddiema tat-Tarzna u s-Shipbuilding

Is-sidien tal-ħwienet tal-Belt bl-inkonvenjenzi li qed iġib il-proġett ta’ Piano

Il-lukandi u s-settur turistiku li ġie jiddependi minn jekk Michael Cawley, is-CEO tar-Ryanair, iqumx bil-bajda mdawwra

Dawk l-eluf ta’ nies li jinqatalhom id-dawl meta Boiler nru 7 tal-Power Station tal-Marsa miskin jerġa’ jieqaf fi xjuħitu

U dawk li ma jinqatalhomx id-dawl jieħdu qata’ meta jirċievu l-kont tad-dawl u l-ilma b’rati oxxeni fost l-ikbar fl-Ewropa

U dawk li jużaw iċ-ċilindri tal-gass raw il-prezz kważi jittrippla fl-aħħar ftit snin

L-eluf ta’ studenti u skejjel li spiċċaw bla flus biex isiefru għax Malta ġiet blacklisted  minħabba t-taħwid fil-Ministru ta’ l-Edukazzjoni fl-użu tal-fondi għall-programmi edukattivi tal-EU

L-eluf ta’ Maltin li jmorru biex iġibu l-pinnoli b’xejn u jgħidulhom li out of stock

Min ġie bżonn il-MEPA u flok servizz effiċjenti sab is-soltu burokrazija u tariffi ħafna għola xi jħallas

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: