Home > Opinion > L-Apoloġija ta’ Gonzi!

L-Apoloġija ta’ Gonzi!

Interessanti d-diskors li ghamel Laurence Gonzi fil-Konferenza Generali fejn apologizza ghall-mod kif l-istorja ta’ l-onorarja zviluppat.

Din ta’ l-apologiji lilna tal-Mazzun dejjem tatna f’ghajna ghaliex facli li taghmel apologija.

Biex tirranga l-konsegwenzi ta’ dak li tkun ghamilt il-problema bhalma jafu kemm Gonzi u l-Knisja.

Gonzi apologizza, izda ma qalx li se jnehhi z-zidiet.

Il-Knisja apologizzat ghad-Dnub il-Mejjet, izda qatt m’ghamlet xejn biex gew imfejqa l-feriti ta’ tant Laburisti li weggghat.

Ghalhekk dawn l-apologija ma jiswew … xejn!

Apologija facli taghmilha bi ftit tpeclieq, xi haga li l-politici jafu jaghmlu sew u jekk jaghmluha b’certa mod taf tigbed is-simpatija.

Fil-kaz ta’ l-apologija ta’ Gonzi, din aktar ma tfisser xejn ghaliex ma’ qalx li se jnehhi l-onorarja u dan juri li ma’ wera’ l-ebda rimors ta’ dak li ghamel. Fil-kwistjoni tad-divorzju, il-Knisja ghamlet l-istess zball, uriet li lanqas hi ma kellha l-ebda rimors ta’ dak li ghamlet hamsin sena ilu ghax regghet irrepetiet affarijiet simili.

Il-fatt hu li meta Gonzi hareg bl-onorarja hadd ma qabel mieghu u kulhadd qallu li qed ikun insensitiv, u xorta baqa’ jwebbes rasu ghaliex jekk Gonzi ghandu karatteristika wahda li tispikka, hija ras taz-zonqor u din se narawha hekk kif nafu li se jivvota le fil-parliament favur il-ligi tad-divorzju.

Din l-apologija mhi xejn hlief attentat biex isalva wiccu quddiem il-Kunsill Generali ghax hemmhekk kulhadd irid jilghab ghall-gallerija!

Qal ukoll li n-nies ghandhom habta jinsew kemm mar tajjeb il-pajjiz fiz-zmien daqshekk difficli. Imma n-nies mhux talli ma nsewx, izda mhumiex jaghtu kaz ghax jidher car li mhumiex igawdu mill-beneficcji ta’  din l-ekonomija “b’sahhitha” li rawwem il-Gvern Nazzjonalista u li suppost xi ftit minnha nizlet ghand in-nies.

U l-mistoqsija tigi wehidha?

Jekk il-poplu mhux igawdi minn din l-ekonomija brillanti tal-PN, min qieghed?

Ahna nafu min u nahsbu li hafna minnkom tafu wkoll.

Ian Stafrace, Laurence Zammit, Roderick Chalmers, Andre Camilleri u martu, Arthur Galea Solomone, Austin Bencini, Austin Walker, Petra Bianchi, Natalino Fenech, Claudio Grech, Alan Camilleri, Sonny Portelli, Louis Farrugia, Joe Mizzi, Anton Attard, Father Joe Borg, Francis Farrugia, Joe Farrugia, Patricia Vella Bonanno, Josef Formosa Gauci, Maurice Caruana, John Busuttil, Vince Mifsud,  Frank Psaila, David Herrera, Kenneth DeMartino, Chris Ciantar, Manuel Delia … dawn … u hafna ohrajn li zgur li xebghu jgawdu mill-ekonomija brillanti ta’ Gonzi.

Min jaf forsi ghalihom kien qed jghid ghax hafna minnhom quddiemu kienu!

Advertisements
  1. June 28, 2011 at 8:22 am

    Apoloġiji u skuzi jfissru li tammetti li għamilt zball. L-izball irid jitranġa bil-fatti u mhux b’sempliċi paroli.
    Imiss lill-poplu li jqum mir-raqda ta’ mesmerizmu u jagħti tagħlima xierqa lil kulmin ilu jgħaddih biz-zmien ħafna snin. F’idejh is-soluzzjoni issa. Qum qabel ma jkun tard wisq għax ġa tard. Issa l-AirMalta se ssib iz-zbiba.

  2. Joseph Cardona
    October 23, 2011 at 5:53 pm

    Li qed toqrob l-elezzjoni sewwa jfisser li hemm skeda ta’ prioritajiet.
    (1) Hemm ħtieġa ewlenija li jinqatgħu l-abbużi ta’ ‘unknown father’. Din hi frażi pulita li tfisser prostituzzjoni;

    (2) Il-pjaga tal-evażjoni tat-taxxi, pjaga lampanti u ilna sejrin biha ħafna snin.

    (3) IL-KAXXA GĦANDHA BŻONN TA’ OVERHAUL SEWWA GĦAX ĠA TARD ĦAFNA.

    Ejjew indaħħlu s-serjeta’, id-dixxiplina u l-etika morali.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: