Home > Opinion > X’jimpurtahom mill-konsumatur!

X’jimpurtahom mill-konsumatur!

Jekk il-BOV ma tikkompensax il-klijenti li fottiet b'kumpens xieraq tiehu l-fama ta' loan-shark .

Nahseb li kulhadd ra xi film jew sensiela fejn anzjana debboli tmur il-bank biex tara l-investimenti taghha u tinduna li naqqsulha tant li ftaqret?

Xi banek barranin jaghmlu l-qliegh taghhom billi jsibu lill-anzjani jew min ma tantx hu ta’ skola, jittantawhom b’imaxxijiet gholjin u wara ftit jghidulhom li l-investiment intilef u ma fadlilhom xejn. Uhud minn dawn in-nies jitilfu gidhom u jispicca mitfugha ‘l barra minn djarhom, filwaqt li ohrajn ikkommettew suwicidju u familji shah tkissru minhabba f’hekk.

F’Malta grat xi haga simili.

Il-Bank of Valletta mmexxi minn hafna nies Nazzjonalisti maghrufa bhal Roderick Chalmers li qieghed ukoll fuq il-bord ta’ Airmalta l-gdid spicca jaghmilha ta’ loan-shark–iwieghed il-klijenti l-Genna u minflok jaghtihom l-Infern.

U biex tghaxxaqha, dan Chalmers li diga stqarr  li jaccetta r-risponsabilita’, izda mhux se jirrezenja. Qisu skantana b’din id-dikjarazzjoni. Mela xi hadd f’dan il-pajjiz jirrezenja wara li jaghmel xi kawlata? Staqsu lil Tonio Fenech?

U biex nghaxxquha, dan Chalmers li tant bikka u gennen anzjani, issa qieghed fuq il-bord ta’ l-Airmalta biex forsi jirrangaha … ghal frisk.

Tghid skond Tonio Fenech, dan Chalmers jitqies bhala cuc Malti?

Tajjeb ukoll insemmu lic-cerman tal-Malta Financial Services Authority li xogholha suppost hu li ma thallix kummiedji bhal tal-Bank of Valletta jsiruhu l-famuz Andre Camilleri li ghandu kuxjenza kbira hafna u tohroglu qalbu ghall-istituzzjonijiet taz-zwieg u tal-Knisja, izda  mhux ghal tant anzjani li tilfu gidhom u li l-Bank ta’ Chalmers qieghed ihallashom lura bir-ribass!

Mela minn naha nitkellmu fuq il-kuxjenza u fuq kemm ghandna nipprotegu c-cittadini mill-immoralita’ tal-liberalizmu u s-sekularizmu, izda meta nigu biex nipprotegu d-drittjiet taghhom bhala konsumaturi, ma jsir xejn.

U dan jorbot ma’ kemm ilu jkaxkar saqajh il-gvern biex iwaqqaf strutturi biex jipprotegu l-konsumaturi. Tohroglu l-kuxjenza biex jipprotegi l-moralita’ tac-cittadini ghax dan ma jiswa’ xejn u jirbah il-punti mal-Knisja, imma ma jaghmel xejn biex  jipprotegi l-gid materjali tac-cittadini ghax jiswa l-flus u ma jmurx johrog ghalih Censu Farrugia tal-GRTU u l-paladini tal-Kamra tal-Kummerc u ta’ l-Ghaqda ta’ Min Ihaddem.

Kemm Chalmers, kif ukoll Camilleri flimkien mal-Gvern iridu jerfghu’ r-risponsabilita’ ta’ dak li jsehh li holoq tbatija mentali u materjali lil nies li afdawhom, izda nafu li f’dan il-pajjiz hadd ma jiehu r-risponsabilita’.

Advertisements
  1. Thomas S
    June 21, 2011 at 12:02 pm

    Veru li hemm hafna nies tilfu ammont sostanzjali minn flushom minhabba dan il property fund. U veru li xi hadd irid jiehu risponsabbilta ta’ li ghaddej. Imma li tghid li Chalmers Nazzjonalist veru qed turi li ma taxf minn fejn gej. Ghex hajtu barra minn malta u ma jaf xejn dwar politika Maltija u lanqas jimpurtah. Kemm il-darba stqarr li hu, fi kliemu, colour-blind fejn tidhol politika partiggjana. Mela hsibt li kulhadd mohhu maghluq u ffissat fic-cucati partiggjani?

    U nhajjrek tfittex it-tifsira ta’ Loan Shark. M’hemm ghalfejn inzid xejn wara li tkun qrajt xi haga fuq dak li s’issa evidenti li ma tifhem xejn.

    Fl-ahhar nett. Irrid nissuggerixxi li dal-pajjiz, li qatt ma fehem xejn fuq responsabbilita ghax dejjem baqa b’mohh kolonjali. Allura kif jinqala xi haga nitolbu rizenja. Jekk verament trid turi li int responsabbli, l-ahhar haga li ghandek taghmel hi li tahrab tigri! U rizenja ma hi xejn hlief harba. Mela f’kazijiet bhal dawn, minflok ma nitolbu rizenja, ghandna nitolbu li dak li jkun jissakkar go l-ufficcju sakemm isolvi il-problema kollha!

    • June 21, 2011 at 4:10 pm

      La mpjegah il-Partit Nazzjonalista f’post gholi bhal dak sinjal li ghandu fiducja fih, imma nisimghu jghid li mhux se jitlaq ‘l hemm fakritni f’kif jagixxu political appointees tal-gvern meta jaghmlu xi cucata. Jidher li dan Chalmers ittiehed minnhom.

      Naf li mhux kulhadd mohhu maghluq u ffissat fuq ic-cucati partiggjani, imma jien naf nies li tilfu hafna flus u ma jafux x’se jaqbdu jaghmlu b’rashom minhabba l-La Vallette Fund tal-BOV u din mhiex cucata. Il-partiggjanizmu cucesk huwa li toqghod tiggieled fuq affarijiet banali, izda li titlef il-ftit flus li jkollok investiti meta ma tawkx parir sew mhijiex banali, izda forsi inti ghandek hafna flus u l-affarijiet ma tarahomx hekk. Ghandek dritt, izda ma naqbilx mieghek.

      U zgur li nitolbu r-rizenja li min juri li mhux kapaci jmexxi tajjeb u li wegggha c-cittadini li suppost qieghed jipprotegi. Mela Bank mhux fuq in-nies jaghmel il-qliegh u ghahekk m’ghandux risponsabilita’ lejn flushom?

      Iva, jirrezenja u wara jsiru l-investigazzjoni ghax f’dal-pajjiz min jokkupa xoghol li jigi definit bhala political appointment ma jmissirx li mhuwiex kontabbli.

      Ma tahsibx li wasal iz-zmien dawn in-nies huma kontabbli bhalma huma kontabbli ghal xogholhom il-bqija tal-haddiema li mhumiex political appointees?

      L-uzu tal-kelma loan shark kienet iebsa, izda bil-mod kif qed tagixxi l-BOV xorta hadet vantagg ta’ hafna nies u qieghda tirrifjuta milli taghtihom kumpens xieraq wara li xebghat taghmel il-miljuni minn fuq daharna.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: