Home > Features > Gonzi jkompli jeghreq fil-Konservattivizmu! Il-Kwistjoni tar-Riproduzzjoni Assistita (IT-Tieni Parti)

Gonzi jkompli jeghreq fil-Konservattivizmu! Il-Kwistjoni tar-Riproduzzjoni Assistita (IT-Tieni Parti)

Jekk il-Parlament jghaddi l-ligi ta' l-IVF kif iridha Gonzi, hafna koppji Maltin bla tfal jitilfu c-cans li qatt jista' jkollhom tarbija.

Mela l-ewwel kellna l-kwistjoni tad-divorzju li wriet bic-car kemm il-fazzjoni Konservattiva fil-PN ghadha b’sahhitha u tiddomina, u issa, biex nghaxxquha, ghax milli jidher il-Prim Ministru jrid ikompli jmexxi din l-agenda konservattiva l quddiem, hareg jghid li ha jivvota kontra l-iffrizar ta’ l-embryos u li l-parlament probabilment se jivvota biex jaghmilha difficli biex il-koppji jkunu jistghu juzaw dawn l-embryos. Qisu ma’ tghallimx mir-rizultat tar-referendum u tas-serveys li qed juruh bic-car li miexi lejn tkaxkira kbira fl-elezzjoni li jmiss.

Imbaghad jigi pulcinell bhal Frank Psaila jghidilna li ghad hemm spazju ghall-liberali fil-PN!

Fejn?

Ghax jidher car li dawn l-ispazji djaqu bil-kwistjoni tar-referendum u se jsiru kwazi inezistenti bil-kwistjoni ta’ l-IVF.

U ftit ilu johrog pulcinell akbar bl-isem ta’ Paul Borg Olivier li fil-Konferenza Generali tal-PN qal li hemm spazju ghal kulhadd meta dawn l-ispazji kull ma jmorru aktar jidjiequ.

Protagonist iehor konservattiv fid-dibattitu fuq l-IVF huwa l-ministru Joe Cassar li huwa membru tal-Ghaqda tat-Tobba Kontra l-Iffizar ta’ l-embryos ghalhekk tistghu timmaginaw kemm hu imparzjali f’din il-kwistjoni.

Din l-imparzjalita’ dehret sew ftit ilu ha f’seminar fuq din it-teknika fejn qal li l-process ta’ l-iffrizar tal-bajda minflok l-embryo hija alternattiva tajba.

Izda fl-IVF u l-ICSI, il-problema mhiex biss ta’ l-iffrizar ta’ l-embryo, izda ta’ impjantazzjoni. Jekk it-teknika  tibda bil-bajd dawn iridu jigu njettati u iffertilizzati, filwaqt li jekk ikollok embryos lesti, kemm timpjantahom u ma jkollokx thallas ghall-process ta’ fertilizazzjoni.

Jigifieri bl-iffrizar tal-bajd trid thallas ferm aktar ghax kull wahda trid tghaddi mill-process tal-fertilizazzjoni, filwaqt li jekk ikollok embryos lesti, kemm timpjantahom u thallas ta’ dak il-process biss. Ahna nixtiequ nghidu lill-Ministru li mhux kulhadd jista’ jkollu t-tfal u hu se jiehu z-zieda ta’ 500 ewro fil-gimgha biex jiffinanzja din it-teknika (li nafu li qatt ma kellu bzonnha).

Anzi, hafna koppji jiftaqru biex ikollhom tarbija permezz ta’ din it-teknika u ghalhekk it-teknici u t-tobba jippruvaw jaghmlu minn kollox biex din tirnexxi. Il-Ministru dan mhux jarah jew ma jridx jarah, u ghalhekk mhux qieghed ipoggi l-interess tac-cittadini l-ewwel!

Fil-kwistjoni ta’ implantazzjoni diga ghedna li hemm bzonn numru ta’ embryos  biex jassiguraw is-success tat-teknika. Hafna kritici bhal Paul Vincenti u l-Profs. Emanuel Agius se johorgu jwerzqu li dan abort, izda t-tnejn jafu li fil-miscarriage l-istess jigri u l-embryo  li jigi reggetat ‘il barra mill-guf jintrema’, hafna drabi fil-loki ghax ikun qisu cappa demm. Minbarra dan, hemm punt iehor li jrid jigi diskuss: kemm 4 jew 8 celloli humiex verament tarbija. Diskussjoni li qatt ma saret fost il-poplu jew mill-MPs fil-parlament u issa li l-PN irid jiddeciedi dwar l-IVF zgur li jhoss li missu kien hemm diskussjoni ta’ natura sensittiva bhal din.

Fil-fatt, tajjeb nikkwota lill-Professur Mark Brincat, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ginekologija u Obstetrija fl-Isptar Mater Dei li kien wiehed mill-pijunier biex tiddahhal din it-teknika f’Malta xi ghoxrin sena ilu. Hu qal li: “Il-professjonisti Maltin f’dan il-qasam dejjem hadmu fuq l-aqwa prattika f’dan il-qasam u bhal professjonisti kullimkien jaqblu li l-legalizzazzjoni hija importanti sabiex il-Maltin jigu daqs ic-cittadin Ewropew.”

Sfortunatament, il-Gvern Nazzjonalista mhux qed jahdem ghal dan il-ghan, izda biex inaqqas il-jeddijiet tal-Maltin f’dan il-qasam bhalma hadem biex inaqqas il-jeddijiet tal-Maltin fil-kwistjoni taz-zwieg u d-divorzju (meta fl-1995 ta lill-Knisja Maltija poter assolut fuq iz-zwieg u) billi hadem attivitament biex ma jiddahhalx id-divorzju.

Ir-rizultat ta’ dan ha jkun simili ghal dak li kien jigri kieku ma jiddahhalx id-divorzju. Min hu sinjur imur barra minn Malta u jaghmel il-procedura ta’ l-IVF hemmhekk. Ma’ dan iridu nzidu li jekk it-teknika ta’ l-IVF f’Malta tant tigi limitata bil-ligijiet konservattivi, ir-rizultati fqar tal-kliniks Maltin jibdew igieghlu lil Maltin imorru jaghmlu l-IVF Sqallija jew l-Ingilterra, u l-kliniks jibdew izarmaw u jghalqu.

Profs. Brincat kompla jghid: “Il-problema ta’ infertilita’ hija wahda enormi u fil-fatt ftit nies kapaci jhallsu biex ikollhom l-IVF, izda jekk il-process jigi llegalizzat b’mod tajjeb, xi servizzi jistghu jigu moghtija b’xejn bhalma jinghata minn National Health Service tar-Renju Unit.”

U tghid mhux hekk, Profs. Brincat!

F’intervista fit-Times ta’ xi jiem ilu, Dr. Cassar iddikjara li ma jistax ikun li l-gvern jibqa’ jipprovdi l-medicini b’xejn, imbaghad malajr malajr zied li dan hu dibattitu ghall-legislazzjoni ohra!

Ahseb u ara kemm se jaghmel teknika li tiswa eluf kbar ta’ liri b’xejn jew forsi tefghaha Profs. Brincat ghax hu wiehed minn dawk li jdabbarha tajjeb mill-IVF u aktar ma jirrikorru ghaliha, aktar jiffoxxna!

Skond il-Profs, l-iffrizar ta’ l-embryos huwa essenzjali ghaliex f’IVF 80% imutu ghalhekk iridu jigu ffrizati ghax hemm bzonn li jigu fertilizzati numru ta’ bajd biex it-teknika tkun efficjenti u dan process li johloq hafna stress lin-nisa.

Ahna tal-Mazzun nifhmu li din hija kwistjoni delikata, izda ma’ jistax ikun li l-poplu Malti jibqa’ lura minhabba d-djuq u l-konservattivizmu tal-Gvern u tan-nies li jappunta fuq bordijiet li ghandhom l-agenda taghhom u mhux dik tal-poplu Malti.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: