Home > Features > Gonzi jkompli jeghreq fil-Konservattivizmu! Il-Kwistjoni tar-Riproduzzjoni Assistita (L-Ewwel Parti)

Gonzi jkompli jeghreq fil-Konservattivizmu! Il-Kwistjoni tar-Riproduzzjoni Assistita (L-Ewwel Parti)

Anke fil-kwistjoni ta' l-IVF, Gonzi jippreferi jaqdi l-Knisja milli l-poplu u qed ikompli jmexxi l-agenda konfessjonali tal-PN.

 

Il-Prim Ministru jidher li ma tghallimx mir-rizultat tar-referendum tad-divorzju ghax issa hareg jghid li se jivvota kontra l-iffrizar ta’ l-embryos li jintuzaw ghat-teknika ta’ riproduzzjoni assistita msejha IVF (In-Vitro Fertilisation).

Jidher li rigward il-konservattivizmu fil-partit, qed ikompli jwebbes rasu u jkompli juri kemm il-PN huwa partit konfessjonali b’irbit qawwi mal-Knisja Maltija li lanqas it-taptipa tar-referendum dwar id-divorzju ma rnexxielha ccaqlaq.

Qabel nibdew nitkellmu fuq kif il-Prim Ministru jrid inaqqas l-effettivita’ ta’ din it-teknika biex jinhabb mal-Knisja,  tajjeb naraw ghalfejn din it-teknika tintuza u x’tirrikjedi.

L-IVF u teknika ohra msejha ICSI (Intra Cytoplasmic Sperm Injection) huma mezzi kif koppji li ma jistax ikollhom it-tfal minhabba xi mblokk tal-pajpijiet jew problemi blis-sperma, jinghataw ic-cans li jkollhom tarbija. Fl-IVF iz-zerriegha tar-ragel u l-mara jithalltu flimkien barra l-guf f’recipjent u l-embryo li jifforma jigi mpjantati fil-guf ta’ l-omm. Ghalhekk trabi li jitwieldu b’dan il-mod jissejhu test-tube babies.

Fl-ICSI, lis-sperma tigi nnjetata direttament fil-bajda tal-mara u tithalla tiffertilizza u tinqasam sakemm issir embryo ckejken. Din hija teknika aktar ghalja u difficli mill-IVF u s-success taghha jiddependi assolutament fuq kemm jigu mpjantati embryos f’guf l-omm.

Dawn huma deskrizzjonijiet fuq fuq hafna ta’ zewg tipi ta’ teknika hafna aktar kumplikati minn hekk li jiswew bejn 5 u 10 000 Euro u li jirrikjedu li l-mara tigi hyperstimulated bl-ormoni li hu process perikoluz li jista’ jkollu effett negattiv hafna fuq il-gisem. Dan isir halli l-mara tipproduci hafna bajd f’daqqa ghax aktar ma jkollha, aktar ikunu jistghu jsiru embryos u aktar ikun hemm cans li jekk jigu mpjantati fil-guf jsiru tarbija.

U hawn qieghda l-problema ghax huwa fatt li t-tobba li jimpjantaw dawn l-embryos, rari jimpjantaw aktar minn erba’ fil-guf. Ir-raguni hi li r-rata ta’ ghajxien taghhom hija ta’ xi 25% u ghalhekk b’erba’ aktar hemm cans li timpjanta wahda u ssir tarbija.

Pero gieli jimpjantaw kollha u dan johloq il-problemi ta’ tqala li se tipproduci hafna trabi zghar li whud minnhom jistghu jmutu (minkejja li f’Malta persentagg oghli ta’ dawn il-multiple births isalvaw).

Minghajr ic-cans li jigu mpjantati aktar minn embryo wiehed, il-probabilita’ li jkun hemm koncipiment huwa baxx u ghalhekk normalment jigu mpjantati tlieta jew erba’ embryos ha jzidu c-cans ta’ koncipiment.

Il-kwistjoni tar-regolazzjoni nqalghat ftit snin ilu u hija wkoll frott tal-lobby konservattiv fil-PN ghaliex qabel ma’ nqalghet il-kwistjoni, hafna ginekologi kienu jimpjantaw 2 jew 3 b’mod risponsabbli u minghajr indhil ta’ deputati religjuzi jew monsinjuri pregudikati; izda kif fegg Paul Vincenti (li kulhadd jaf li hu “agent” konservattiv tal-Knisja Kattolika mohhu biex ibezza’ bl-abort f’pajjiz fejn kulhadd kontrieh), il-PN iddecieda jahtar bord b’nies bhad-deputat Nazzjonalista Michael Axiaq fil-kariga ta’ cerman tal-bord u l-Prof. Emmanuel Agius, id-dekan tal-Fakulta tat-Teologija u lecturer fl-etika filosofika u t-teologija morali ta’ l-Universita’ ta’ Malta, bhala l-espert ewlieni, tant li dejjem jissemma’ fl-laqghat kemm f’Malta u kemm barra u jidher li ghandu nfluwenza kbira fuq dan il-bord.

Membru iehor huwa paragun iehor tal-progressivita’, Edwin Vassallo li kulhadd jaf kif jahsibha fuq id-divorzju.

Tajjeb inharsu ftit lejn kif jahsbuha dawn in-nies!

It-tabib Michael Axiaq li mhux xejn hlief agent iehor tal-Knisja, huwa membru tas-setta Kattolika Opus Dei – li hija wahda mill-aktar sinjuri, influwenti u reazzjonarji fid-Dinja u li zgur li ma tinzillux tajjeb din ta’ l-iffrizar ta’ l-embryos.

Fil-kas tal-Professur Emmanuel Agius, dan qatt ma kellu jiddahhal fuq bord li se jiehu decizjonijiet biex tigi rregolata teknika ta’ natura xjentifika u medika minhabba l-bias personali tieghu favur il-Knisja.

Jezistu esperti fl-etika li huma tobba li misshom kellhom posthom fuq dan il-bord u mhux monsinjur li diga ddikkjara li l-ghan tal-Knisja hu li twaqqaf l-uzu tat-teknika tar-riproduzzjoni assistita ghaliex tmur kontra t-taghlim taghha.

Ma nahsibx li ghandna nghidu aktar dwar il-mohh immuffat ta’ Edwin Vassallo u l-ideat mimlija ghanqbut li gbajna nisimghu dwarhom fil-midja.

Iz-zewg membri l-ohra ta’ dan il-bord huma ghallinqas tobba: Michael Farrugia u Michael Gonzi, li qeghdin jipprovaw izommu d-diskussjoni milli tinhataf mill-konservattivizmu li hakem lill-PN dan l-ahhar minghajr hafna success.

(Jissokta ghada)

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: