Home > Opinion > Eddie bħal Duminku u l-istorja tirrepeti ruħha (xi ftit)

Eddie bħal Duminku u l-istorja tirrepeti ruħha (xi ftit)

In 2009 MaltaToday wrote a requiem for Eddie the politician. But he's back, to save Lawrence's, and maybe his party's, bottom.Mela darba kien  hemm Prim Ministru u dan, bejn li kien kiber fl-eta’, u bejn għax kien ilu ħafna fil-politika, ddeċieda li jwarrab. Pero’ ma xtaqx li warajh iħalli l-baħħ. Ma riedx li s-suċċessi u l-kisbiet kbar tiegħu jitkissru minn xi ċuċ. Allura ħasibha tajjeb li jrawwem suċċessur għalih u meta jiġi l-waqt, iwarrab u jpoġġi lilu fit-tmun. Ovvjament, dan kollu jsiru b’modicum ta’ demokrazija, u bi ftit bżar fl-għajnejn jidher li jkunu d-delegati u kunsilliera tal-partit li għażluh. Insomma, dan il-waqt wasal, u bħal sajjetta fil-brazzi l-Prim Ministru rriżenja. It-tmexxija kemm tal-pajjiż u kemm tal-partit għaddiet f’idejn il-midluk tiegħu. Għall-ewwel ftit snin kollox kien sew, pero’ l-affarijiet marru għall-agħar. U l-eks Prim Ministru li suppost irtira fil-glorja, reġa’ daħal fix-xena, b’konsegwenzi diżastrużi għall-istess partit li suppost ried isalva.

Din mhix storja fittizja, lanqas xejn. Mhux frott l-immaġinazzjoni tagħna tal-Mazzun. Din seħħet vera, u f’Malta wkoll. U kif ġejjin l-affarijiet, qed terġa sseħħ quddiem għajnejna propju f’dawn il-jiem!

Qed nirreferu għal Duminku Mintoff u Eddie Fenech Adami, u min isegwi x-xena politika Maltija u għandu mqar xagħara waħda bajda jaf għal xiex qegħdin nirreferu.

Il-Perit Dom Mintoff irriżenja minn Prim Ministru u Kap tal-Partit Soċjalista fl-1984 u għadda t-tmexxija f'idejn Karmenu Mifsud Bonnici, li kien falliment sħiħ.Niftakru l-istorja ta’ kif Mintoff warrab fl-1984 u ħalla f’idejn Karmenu Mifsud Bonnici. It-tir kien li l-Partit Soċjalista jissaffa wara 16-il sena fil-gvern l-elezzjoni tal-1987 u Mintoff jagħmel comeback wara t-telfa elettorali. Pero’ dal-comeback ma ħallieħx jagħmlu ċertu Alfred Sant, li fl-1992 sar mexxej tal-Partit Laburista. U ż-żewġ irjus iebsa ħabtu ma’ xulxin, u l-Gvern Laburista ta’ Sant twaqqa’ mill-eks Mexxej u Prim Ministru Laburista Dom Mintoff fl-1998 bl-iskuża ta’ kiosk u l-għawm fix-Xatt tal-Birgu. The rest is history, kif jgħidu.

Allura fhiex jidħol Eddie Fenech Adami. Mela ejja mmorru 20 sena wara l-1984 u niġu fl-2004. Ftit xhur biss qabel il-ħolma ta’ Eddie Fenech Adami kienet se sseħħ u Malta tissieħeb formalment fl-Unjoni Ewropea, dan iddeċieda li jirriżenja minn Kap tal-PN u Prim Ministru. L-elezzjoni għal Kap rebaħha Lawrence Gonzi li diġa’ kien Viċi-Kap għal xi snin u Eddie ħadem biex jilħaq hu warajh. Għall-ewwel kollox sew, daħħalna l-ewro u GonziPN rebaħ l-elezzjoni tal-2008. B’ċikka, imma rebaħha, u kien l-uniku Partit fil-gvern fl-Ewropa li rebaħ l-elezzjoni ġenerali wara li daħħal l-ewro.

Pero’ l-affarijiet bdew sejrin ħażin u b’maġġoranza ta’ deputat wieħed biss fil-Parlament bdew il-problemi, fosthom dik tad-divorzju u Jeffrey Pullicino Orlando. Back-benchers oħrajn Nazzjonalisti bdew joqomsu. Fejn qatt smajniha li danw jagħmlu kritika miftuħa lill-Gvern tagħhom stess?! Wara li l-Parlament abdika milli jieħu vot dwar id-divorzju u tefagħha f’ħoġor il-poplu b’referendum, il-LE għad-divorzju tilef, u magħha qala’ majnata sew il-Partit Nazzjonalista, li kien ħa pożizzjoni uffiċċjali kontra d-divorzju, u l-alleata tiegħu l-Knisja Kattolika Maltija.

U hawn Eddie Fenech Adami reġa’ daħal fix-xena. Ma ħamilx joqgħod bil-pensjoni jilgħab man-neputijiet wara li spiċċa minn President ta’ Malta. Kellu jintervejni b’intervisti, stqarrijiet u kitbiet kontra d-dħul tad-divorzju għax induna li l-pożizzjoni tal-predilett tiegħu Lawrence Gonzi kienet prekarja minkejja l-forċina tal-Knisja.

Araw naqra x’qalu fl-aħħar jiem żewġ kittieba fuq il-Malta Independent On Sunday. It-tnejn mhumiex Laburista, u t-tnejn qed jiktbu fuq gazzetta li mhux Laburista lanqas.

Ara x’kella xi tgħid Daphne Caruana Galizia dwar Eddie Fenech Adami u l-logħba li qed jilgħab bħalissa:

Eddie Fenech Adami addressing TVM viewers on the eve of the 1987 election

“It is most unfortunate that Eddie Fenech Adami appears unable to retire gracefully. First he made himself President of the Republic, stepping smartly into Guido de Marco’s shoes when the latter’s time as president was done. To do this he stepped down as premier just one year into his term of office, and when Malta joined the European Union a month later, it was Lawrence Gonzi who was prime minister and leading the celebrations, and not the man who fought the 30-year battle to get us there.

Back then, people were angry about it. They felt let down. They couldn’t understand why the man they had admired for so long had pretty much cheated them of the prime minister for whom they had voted, and made himself president, leaving his job to be done for the next four years by somebody they had not chosen, Lawrence Gonzi.

That was when the great hero of the 1980s and 1990s first sank in public esteem. That was when people began to wonder whether their political demigod might not actually have feet of clay.

When he left San Anton Palace two years ago – a figure of speech, because his wife refused to move the household there for the duration – Dr Fenech Adami told the newspapers that his only plans were to be a full-time grandfather and that he looked forward to not having to check his diary before going to bed. Michael Carabott, who edits this newspaper’s daily edition, interviewed him just before he packed his bags for that supposedly longed-for retirement. Dr Fenech Adami told him that he would continue to keep up to date with events in Malta and Europe, “but I will not actively or personally get involved” (The Malta Independent, 2 February 2009).

Eddie Fenech Adami kien qal li kien se jirtira għal kollox mix-xena pubblika wara li jintemmlu t-terminu ta' President. Ma tantx jidher li jrid jagħmilha ta' pensjonant.

For the last two years he has been more or less true to his word, but the prospect of divorce legislation has proved too much for him. It has turned him into a version of Margaret Thatcher, backseat-driving, second-guessing and trying to influence the Conservative Party she no longer led. And because her shadow loomed so large, because her stature as prime minister had been so great, Mrs Thatcher made her successors’ job that much more difficult. She couldn’t accept the fact that ‘her’ political party was being managed in a way she didn’t agree with. Eddie Fenech Adami is doing the same now. He is retired, but still hoping to pull strings to fend off the divorce legislation that he refused to discuss for 30 years.”

Ara x’kitbet Josanne Cassar:

“Then former Prime Minister Eddie Fenech Adami re-emerged to lecture us on why he is against divorce and why he has decided it’s morally wrong for society. Excuse me? Shouldn’t he be on some long Alaskan cruise or something, sipping from a mug of hot chocolate and enjoying his retirement with his wife Mary? Surely someone who was in public life for so long should now be dedicating some much needed quality time to his family, seeing that family values are so important to him.”

Touche’!

It-taqbila ma’ Mintoff tieqaf hawn. It-tnejn li huma rtiraw mix-xena, u reġgħu daħlu fiha għaliex raw li dak li kien qed imexxi warajhom ma kienx qed jagħmel dak li xtaqu huma. Qisħom għandhom xi ċens perpetwu ħej! Imma tgħid l-intervent ta’ Eddie se jsalva jew se jkompli jgħarraq is-sitwazzjoni, kif ġara fil-każ ta’ Mintoff u Sant?

Advertisements
  1. claudette
    June 20, 2011 at 9:21 am

    Espert tal-postponimenti EFA. Ghadni qed nistenna ha nara min qatel lil Karin Grech u lil Raymond Caruana, imma mid-dehra anki din kien ippospona.

  2. July 5, 2011 at 8:33 am

    I am bored of hearing or reading about EFA and DM. Let’s not pontificate too much and for long about DM. His ambitious character ruined the positive aspects he might have been instrumental in introducing. Some persons think that without them time stops, which is a fundamental fallacy. Again, progress, basically, entails a series of building blocks, a continuum.

    It’s high time that the electorate looks analytically at the political scales, weigh the local situation most carefully and discreetly and gives the right verdict.

  3. July 5, 2011 at 9:12 am

    ARRIVA con confusione!!! Starting with a pun on the new public transport company’s name makes good sense as it reflects the stark truth. Talks about the new public conveyancing were launched over a fairly long stretch of time, and present circumstances are proof enough of mismanagement by a supposedly experienced UK company. Malta’s public transport situation has not been sufficiently diagnosed, and corrective measures have been slapped on. This conundrum is bound to lag for some appreciable time. Some drivers were picked irrespective of their route acquaintance; it appears no flexibility exists and these aspects alone handicap the new service.
    Such shortcomings directly affect the tourist industry, productivity, and cause much unnecessary annoyance and disappointment. Another defect is the lack of sheltered passenger spots against the elements before boarding. And last, but not least, the new company must, at all cost, instil strict discipline into its staff. No discipline means no results. Let’s leave trumpets on the side.

  4. July 5, 2011 at 9:52 am

    Is Malta back to the era of colonialism? Recent events show that Malta is again back to colonial rule, or simply put, we are losing our grip on local affairs. Foreign blood is surreptitiously taking over. A nationalist minister admitted that Maltese are incompetent to administer, and consequently, we need foreigners adept to tackle our problems. This admission automatically raises a number of queries, ie, (a) what’s our university’s standing?; (b) what’s the academic worth of UM degrees?; (c) is it a matter of ‘you scratch my back and I scratch yours’ in inter-university academic relations? Certainly, this kind of assumption cannot apply to the UM medical intake.
    But let’s go on. AirMalta is already well on its way to fall in foreign hands with all the adverse circumstances to our future economy. Prospective profits would start flowing out to the non-Maltese company. We are already saddled with a huge payroll paid to foreign personnel. And the solution? Redundancies. What about flexibility in manpower. Not a matter of choice or union intervention; it has to be applied in the sole interest of survival – do or die.
    How can AirMalta compete with low-cost airlines? If anything, government should have considered the feasibility of having AirMalta lower its fares to the most reasonable level by, firstly, reducing all overheads which are not so intrinsically
    necessary to operate the company or would drastically affect passenger safety.

    Other public services could easily be updated for a very reasonable outlay, avoiding a financial hemorrhage, and so much vicissitude. After all, nothing stays new, all machinery needs regular maintenance and careful handling to be cost-effective and to extend its working life.

  5. August 13, 2011 at 8:28 am

    The Maltese Law Courts. They are supposedly the principal arm of the law. I regret to observe miserable failings in their calibre. As I see it, it starts with the way appointments to the bench are carried out. The prospective candidate’s qualifications are his/her political colour and the number of years since graduation. These demands are just stupid and meaningless. One can find idiots as incumbents. Again, on the strength of independence or judicial sovereignty of these incumbents, seerious abuses can be committed for the simple reason that they consider themselves as untouchables.
    There is supposed to be a Commission for the Administration of Justice which, as far as I know, is just a number, a shield for the judiciary. There is an immediate need to investigate the workings of the bench in an independent and transparent manner. What type of product they are delivering to ensure THAT JUSTICE IS DONE AND BE SEEN TO BE DONE.
    I have had to resort to words derived from ‘suppose’, simply because this is how the overall picture is considered by the public.
    One swallow does not make a summer’s day. I am particularly referring to the recent clerical pedophile cases and the previous case involving members of the bench. They may be a drop in an ocean.

  6. November 30, 2011 at 7:35 pm

    Skuzani imma ma naqbilx.U d-differenzi qieghdin hawn. EFA ma regghax hareg ghall-Elezzjoni (kontra ta DM). Vera li ura l-fehma tieghu kontra d-divorzju (kif kellu kull dritt le?), imma b’dan il-mod ma jfissirx li rega qieghed jidhol fil-politika (filfatt kemm il-darba tarah fuq it-TV minn dak iz-zmien l’ hawn hlief ghal xi intervista?).
    Forsi jien biased? Jista’ jkun, imma dawn il-punti ta min igerrimhom ftit le?

  1. June 19, 2011 at 12:11 pm

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: